Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jappella biex il-politika titwettaq b’kuxjenza għall-ġid tan-nies

pr220237
Date Icon 19/02/2022

Il-President George Vella appella biex il-politika titħaddem għall-ġid tan-nies. Waqt it-tnedija tal-ktieb 'Kollox Politika? Governanza, Reliġjon, Ekonomija, Amministrazzjoni Pubblika', miktub minn Dr Mario Thomas Vassallo, il-President stqarr li l-politika ma teżistix f'vakwu. Fid-diskors tiegħu, il-President irrefera għall-problemi etiċi, morali u ta' kuxjenza li jaffaċċja l-politiku fl-implimentazzjoni tal-politika.

Il-President qal li l-politika hija l-arti tat-tmexxija li tista' tkun magħmula tajjeb u tagħti riżultati tajbin, iżda tista' tkun magħmula bi traskuraġni, jew intenzjonalment ħażina. Saħaq fuq l-integrità, il-valuri, il-kontabilità u t-trasparenza fil-politika.

Il-President esprima apprezzament li l-ktieb, li jiġbor fih il-ħsibijiet ta' 25 akkademiku u kontributur, ilkoll esperti fil-qasam tagħhom, inkiteb bil-Malti – xhieda li l-lingwa Maltija tista' titħaddem tajjeb f'oqsma differenti u tekniċi bħalma hija x-xjenza politika.

Il-President saħaq fuq l-importanza li l-akkademiċi jgħallmu politika korretta, imma daqstant ieħor importanti li l-politiċi jimplimentaw il-politika b'kuxjenza.

Il-ktieb jiffoka fost l-oħrajn fuq l-istorja politika, mudelli ekonomiċi, perspettivi soċjoloġiċi, kontribuzzjonijiet dwar l-Iżlam u t-tagħlim soċjali tal-Knisja, it-tiġdid fl-amministrazzjoni pubblika, u l-governanza.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jappella biex il-politika titwettaq b’kuxjenza għall-ġid tan-nies
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jappella biex il-politika titwettaq b’kuxjenza għall-ġid tan-nies
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jappella biex il-politika titwettaq b’kuxjenza għall-ġid tan-nies
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jappella biex il-politika titwettaq b’kuxjenza għall-ġid tan-nies
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow