Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Investiment ta’ €2.5 miljun fuq żewġ toroq arterjali fl-Imqabba

pr220231
Date Icon 18/02/2022

L-aġenzija Infrastructure Malta wettqet xogħlijiet infrastrutturali fuq Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Belt Valletta, żewġ toroq arterjali fl-Imqabba, b’investiment ta’ €2.5 miljun.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt żjara li saret fejn ġew segwiti x-xogħlijiet li saru fuq dawn it-toroq.

Il-Ministru Ian Borg qal li fl-Imqabba diġà saru madwar 10 toroq oħra residenzjali u rurali u semma li hemm pjanijiet li din il-ħidma tiġi estiża għal aktar toroq f’din il-lokalità.

“Hekk kif ftit tal-jiem ilu ħabbarna li matul is-sena l-oħra saret ħidma fuq 100 triq rurali fl-2021, illum qegħdin hawn naraw il-ħidma tkompli, din id-darba fl-Imqabba. Apparti li komplejna nżidu s-sigurtà f’dawn iż-żewġ toroq arterjali, komplejna nsebbħu ż-żona billi ħawwilna total ta’ 1,620 siġra, arbuxelli u pjanti oħra. Il-ħidma tagħna ma taqta’ qatt u se nkomplu naħdmu sabiex il-lokalitajiet ta’ pajjiżna tassew jibbenefikaw minn infrastruttura li tixraqilhom u se nkomplu naċċertaw li nżidu s-sigurtà fit-toroq tagħna biex inkomplu nserrħu aktar moħħ in-nies”, qal il-ministru.

Is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia qal, “Matul dawn l-aħħar snin sar investiment mingħajr ebda preċedent fuq it-toroq tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta li għal snin twal kienu minsija. Dawn iż-żewġ toroq prinċipali mill-isbaħ fl-Imqabba huma biss tnejn minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li saru f’dawn l-aħħar sentejn f’dan ir-raħal. Proġetti li b’kollox jaqbżu l-€5 miljun ewro. Din il-figura minnha nnifisha turi l-bżonn kbir li kien hawn f’dan il-qasam. Illum dawn il-proġetti għamlu differenza kbira fil-ħajja tar-residenti Mqabbin u ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw dan ir-raħal.”

L-investiment ta’ €2.5 miljun hu maqsum f’€1.3 miljun permezz tax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u €1.2 miljun għax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Belt Valletta, magħrufa wkoll bħala Triq l-Imqabba.

Triq il-Belt Valletta qabel ma kinitx sigura b’mod speċjali għal min jimxi fiha. Issa din it-triq tinkludi passaġġ għall-mixi ta’ 750 metru. Ġew miżrugħa wkoll siġar u arbuxelli għal dehra isbaħ, dawl dekorattiv u sistema ta’ irrigazzjoni mqabbda ma’ reservoir taħt l-art ta’ 60,000 litru. Saru wkoll xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art.

Fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-aġenzija tejbet is-sigurtà tal-konnessjonijiet tagħha ma’ diversi toroq residenzjali fiċ-ċentru tal-Imqabba bl-introduzzjoni ta’ roundabout junctions f’salib it-toroq u ta’ miżuri oħra li jgħinu fit-tnaqqis tat-traffiku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Investiment ta’ €2.5 miljun fuq żewġ toroq arterjali fl-Imqabba
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Investiment ta’ €2.5 miljun fuq żewġ toroq arterjali fl-Imqabba
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Investiment ta’ €2.5 miljun fuq żewġ toroq arterjali fl-Imqabba
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow