Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement waqt li kumpanija Maltija tikkonferma investiment multimiljunarju

pr220230
Date Icon 18/02/2022

•          Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement għax-xahar ta' Marzu

•          Federated Mills b'investiment ta' €14.4 miljun

Il-wage supplement se jiġi estiż għax-xahar ta' Marzu għall-kumpaniji kollha li qed jeħduh bħalissa fil-format li hu, ħabbret il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-kumpanija Federated Mills plc ħabbret investiment ta' €14.4 miljun.

“L-investimenti mill-kumpaniji lokali huma riflessjoni ta' settur Malti reżiljenti, minkejja l-pandemija. Grazzi għall-impenn tal-Gvern Malti bi skemi u b'inċentivi varji, il-kumpaniji lokali setgħu jibqgħu joperaw. Bihom irnexxielna naċċertaw li dawn il-kumpaniji jkunu f'qagħda finanzjarja biex jinvestu fil-futur tagħhom," spjegat il-Ministru Miriam Dalli.

“Illum qed inħabbru li l-wage supplement se jkun qed jiġi estiż għax-xahar ta' Marzu. Il-wage supplement se jkun qed jiġi estiż bil-format ta' kif inhu bħalissa, għall-kumpaniji kollha li qed jeħduh bħalissa."

Permezz ta' dan, l-għajnuna lin-negozji bil-wage supplement tlaħħaq mas-€700 miljun.

Investiment lokali ta' €14.4 miljun

Federated Mills plc se tinvesti €14.4 miljun f'impjant ġdid f'Kordin li se jżid il-kapaċitajiet tal-manifattura u l-ħażna tagħhom, u se tuża makkinarju aktar effiċjenti u timxi lejn operat aktar sostenibbli. Il-kumpanija għandha rwol sinjifikanti fis-suq tal-ikel Malti, responsabbli għall-provvista ta' 70% mid-dqiq mibjugħ lokalment u tal-manifattura ta' dqiq meħtieġ għal ikel tradizzjonali, bħall-ħobż Malti.

“Ninsabu fiduċjużi ħafna li dan l-investiment, flimkien ma' aktar investiment fil-kapaċitajiet tal-impjegati tagħna, se nkomplu naraw lil Federated Mills isservi kważi d-domanda kollha tas-suq lokali b'prodott aħjar għall-klijenti tagħna li huma dawk li fl-industrija tal-prodotti tal-ikel, tal-ħelu u tal-ħobż," spjegat iċ-Chairperson Rachel Stilon.

L-investiment se jsir fuq medda ta' sentejn, grazzi għall-għajnuna mogħtija mill-Malta Enterprise, biex b'hekk Federated Mills tmexxi l-operat tagħha minn fejn hu bħalissa fil-Marsa għall-post ġdid fiż-żona industrijali ta' Kordin.

L-investiment jikkonsisti fil-kostruzzjoni tal-impjant u fix-xiri ta' sistema ta' produzzjoni ddisinjata għall-ħtiġijiet tat-tħin attwali kif ukoll futuri tagħhom. Dan se jippermetti lil Federated Mills tkompli tiżviluppa u tipproduċi prodotti ta' kwalità għolja u tidħol fi swieq ġodda. F'dan l-investiment, Federated Mills qed timxi mal-element ta' sostenibbiltà fejn se tinvesti f'makkinarju modern li għandu jtejjeb il-produzzjoni u l-effiċjenza. 

Malta Enterprise qed tappoġġa dan il-proġett li għandu jagħmel il-kumpanija iktar kompetittiva kif ukoll ikompli jassigura l-provvista ta' dan l-ikel bażiku u meħtieġ fis-suq Malti. L-impjant il-ġdid se jżid il-kapaċitajiet tal-ħażna tal-kumpanija biex b'hekk titnaqqas id-dipendenza sħiħa preżenti fuq is-silos tal-Kordin Grain Terminal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement waqt li kumpanija Maltija tikkonferma investiment multimiljunarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement waqt li kumpanija Maltija tikkonferma investiment multimiljunarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Miriam Dalli tħabbar l-estensjoni tal-wage supplement waqt li kumpanija Maltija tikkonferma investiment multimiljunarju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow