Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat Occupational Therapy Unit f’San Vinċenz de Paul

pr220229
Date Icon 18/02/2022

Bħala parti miċ-Ċentru ta' Kura Ġerjatrika inawgurat ftit tal-ġimgħat ilu f'San Vinċenz de Paul, issa ġie inawgurat Occupational Therapy Unit li sar b'investiment ta' madwar miljun ewro.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia inawgura dan iċ-ċentru f'konferenza tal-aħbarijiet li matulha semma li dan hu investiment ieħor minn sensiela ta' proġetti li tul l-aħħar snin qed naraw jiġu implimentati f'San Vinċenz de Paul.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-gvern qed jinvesti f'faċilitajiet li jkunu ċċentrati madwar il-bżonnijiet tar-residenti biex ikunu jistgħu jgħixu f'ambjent iktar komdu u familjari. Qal li dan huwa investiment li minkejja l-pandemija, il-gvern ma qgħadx lura u kompla jġib 'il quddiem l-interessi tal-anzjani tagħna.

Semma fost l-oħrajn il-proġett Narċis, iċ-Ċentru Rużar Briffa, li jinkorpora fih iċ-Ċentru ta' Kura Ġerjatrika, numru ta' kliniċi ta' konsultazzjoni, l-ewwel dipartiment tal-X-ray diġitali kif ukoll iż-żieda fin-numru ta' sodod fis-swali, l-ewwel pixxina terapewtika, gym u uffiċini ġodda tal-ħaddiema.

Il-Ministru Farrugia qal li dawn il-proġetti juru li l-investiment li qed isir fl-anzjani tagħna mhuwiex biss fl-infrastruttura iżda wkoll fis-servizzi li qed noffru, servizzi aċċessibbli li jvarjaw skont id-dipendenza ta' kull anzjan.

“Barra minn hekk, kif qed taraw, ħsibna wkoll biex intejbu l-ambjent fuq il-post tax-xogħol lill-ħaddiema tagħna, fejn illum, il-professjonisti għandhom faċilitajiet mill-aqwa biex ikunu jistgħu joffru l-aqwa servizz, kura u appoġġ lill-anzjani".

“Dan huwa kumpless ġdid mgħammar bl-aqwa teknoloġija fejn se jkunu qed jingħataw servizzi professjonali fil-kura tal-anzjani tagħna biex fl-aħħar mill-aħħar inkomplu nassiguraw li l-anzjani jkollhom l-aqwa kura li nistgħu nagħtuhom," temm jgħid il-Ministru Michael Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat Occupational Therapy Unit f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat Occupational Therapy Unit f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat Occupational Therapy Unit f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow