Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Proġett ta’ spazju miftuħ f’Ħal Farruġ

pr220224
Date Icon 18/02/2022

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qed tinvesti fi proġett ta' infrastruttura ħadra fi pjazza pubblika f'Ħal Farruġ, biswit il-housing soċjali, ħabbar il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, fil-preżenza taċ-Chairperson tad-Development Planning Fund (DPF) il-Perit Vince Cassar, u tas-Sindku ta' Ħal Luqa John Schembri. 

Il-Ministru Farrugia spjega li ż-żona residenzjali ta' Ħal Farruġ taf il-bidu tagħha madwar erbgħin sena ilu u li dan l-aħħar inħasset il-ħtieġa li jsir xogħol ta' tisbiħ, permezz ta' infrastruttura ħadra, fi pjazza pubblika li tinsab f'din iż-żona, li hija r-residenza ta' bosta familji. 

Huwa qal li dan huwa t-tielet proġett ta' infrastruttura ħadra li tħabbar din il-ġimgħa fil-qalba ta' fejn in-nies jaħdmu u jgħixu, u li s-sabiħ ta' dan il fond hu li qed ibiddel il-ħajja tan-nies ta' kuljum. Huwa qal li dan huwa eżempju tajjeb ta' kif ir-rifoma ambjentali tad-DPF qed tħalli l-frott. 

Il-Perit Cassar qal li l-PA tat l-approvazzjoni tagħha biex jiġu allokati €215,000 għal dan il-proġett mid-DPF. Spjega li din il-proposta ġiet milqugħa mal-ewwel għax jidher li ż-żona kien ilha mitluqa u li b'titjib sostanzjali tkun tista' titgawda aħjar mill-pubbliku.

Is-Sindku ta' Ħal Luqa John Schembri rringrazzja lill-awtorità talli approvat il-fondi għal dan il-proġett li se jitgawda fuq skala nazzjonali u li se jingħata bidu fil-ġimgħat li ġejjin. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Proġett ta’ spazju miftuħ f’Ħal Farruġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Proġett ta’ spazju miftuħ f’Ħal Farruġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow