Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jinfetħu l-uffiċini ta’ AgriConnect f’Ħaż-Żabbar

pr220217
Date Icon 17/02/2022

Ġew inawgurati l-uffiċini l-ġodda ta’ AgriConnect f’Ħaż-Żabbar – uffiċini fil-viċinanza tal-awtoritajiet relevanti, fejn AgriConnect se tkun qed tkompli taħdem għal kollaborazzjoni mal-bdiewa u l-awtoritajiet tal-qasam agrikolu fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Uffiċċju ieħor li se jilħaq in-nies fiċ-ċentru ta’ Malta se jkun qed jinfetaħ fir-Rebbiegħa, fil-Pitkalija.

Minn żmien għal ieħor, AgriConnect toffri diversi servizzi biex teduka u żżomm lill-bdiewa u r-raħħala aġġornati b’dak kollu li għandu x’jaqsam max-xogħol tagħhom. Dan il-materjal jgħin biex jiggwida lill-bdiewa u r-raħħala dwar kemm hu bżonnjuż li jinżammu r-rekords kollha dwar l-attivitajiet li jsiru u dak kollu li jintuża fl-għelieqi jew l-irziezet tagħhom. Dan is-servizz huwa ssussidjat mill-Unjoni Ewropea, u ilu jiġi pprovdut sa minn Jannar 2020.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo spjega li, “Il-Common Agricultural Policy (CAP) tippremja l-bdiewa u r-raħħala għall-kontribut tagħhom lejn is-sigurtà tal-ikel. Dawn il-liġijiet huma kumplessi biex jiġu implimentati, u għalhekk il-pajjiżi membri tal-UE huma mitluba li jipprovdu sistema ta’ assistenza teknika relatata ma’ dawn il-liġijiet, biex b’hekk jassiguraw li l-bdiewa jkunu konformi mar-regolamenti u jkollhom aċċess għall-fondi Ewropej relatati mas-CAP.”

Il-Ministru Refalo qal li fil-qasam tal-Common Agricultural Policy, min-naħa tal-gvern se tingħata għajnuna lill-bdiewa biex jidentifikaw u jsolvu problemi relatati mal-Cross Compliance (CC), l-Agri-Environmental Climate Measures (AECMs), u r-Rural Development Measures. Is-servizzi pprovduti minn AgriConnect huma b’xejn, u huma mogħtija minn esperti kwalifikati fil-qasam agrikolu. Biex is-servizz ikun ħolistiku, AgriConnect ser tifformola fertiliser plans u crop plans bla ħlas ukoll.

Il-Ministru Refalo b’sodisfazzjon tkellem dwar kif dan is servizz se jservi mhux biss biex jinċentiva lill-bdiewa u r-raħħala, iżda wkoll biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jagħżlu dan is-settur għall-karriera tagħhom u jgħinhom jibbenefikaw minn fondi allokati speċifikament għalihom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jinfetħu l-uffiċini ta’ AgriConnect f’Ħaż-Żabbar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jinfetħu l-uffiċini ta’ AgriConnect f’Ħaż-Żabbar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Jinfetħu l-uffiċini ta’ AgriConnect f’Ħaż-Żabbar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow