Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Investiment fil-kultura diġitali

pr220215
Date Icon 16/02/2022

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield, nieda applikazzjoni diġitali fuq il-pjattaformi tal-iOS u Playstore bl-isem ta' Explore Malta. Din l-applikazzjoni ser tressaq lill-pubbliku aktar viċin il-wirt kulturali ta' pajjiżna permezz ta' gadget li nużaw il-ħin kollu, il-mobile.

Il-Ministru Herrera spjega li ġew investiti madwar €25,000 biex din l-app tibda bħala proġett pilota u għal din l-app intgħażlu 90 sit differenti mill-Kottonera, li jinkludu siti ta' interess pubbliku kif ukoll storiċi. “Din l-app hija pass ieħor 'il quddiem fl-istrateġija diġitali li qed immexxu fi ħdan il-gvernijiet lokali u l-komunitajiet tagħna," sostna l-Ministru Herrera.

Il-Ministru Herrera qal li l-mira tal-ministeru huwa li jsaħħu aktar il-potenzjal ta' din l-application biex tkun fuq bażi nazzjonali, biex b'hekk jissaħħaħ il-wirt kulturali u jiżdied l-għarfien storiku bl-għajnuna tat-teknoloġija.

Ġie spjegat li permezz tat-teknoloġija tal-Bluetooth, l-utent jiġi infurmat b'informazzjoni relatata meta jgħaddi minn quddiem sit storiku jew monument. L-utent jista' wkoll ibiddel il-lingwa kif jippreferi.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal li twaħħlu madwar 90 Bluetooth beacon madwar il-Kottonera. L-għan ta' din l-app hu li n-nies li jixtiequ jsiru jafu iktar fuq l-istorja tal-Kottonera jkollhom dan iktar aċċessibbli billi jużaw it-teknoloġija. “L-għan tagħna huwa li nkomplu nżidu iktar postijiet ma' din il-lista biex iktar bini kulturali tal-Kottonera jkun espost għan-nies filwaqt li n-nies jitgħallmu iktar fuq l-istorja tal-Kottonera li kellha rwol tant importanti fl-istorja ta' pajjiżna", qal Glenn Bedingfield.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Investiment fil-kultura diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Investiment fil-kultura diġitali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Investiment fil-kultura diġitali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow