Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-Għaqda tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta’ Ħal Far se tingħata sit alternattiv – Titwitta t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi

pr220199
Date Icon 13/02/2022

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri u l-Ministru ghaLl-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima ħabbru li l-Assoċjazzjoni tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta' Ħal Far (HFMFA) se tiġi rilokata. Is-sit li qed jintuża mill-Assoċjazzjoni se jwitti t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi li se tiswa €20 miljun – wegħda elettorali oħra li se tiġi implimentata.

Il-ftehim ġie ffirmat bejn Indis Malta Ltd, SportMalta, l-Awtorità tal-Artijiet, u l-HFMFA, li permezz tiegħu l-HFMFA se tiġi rilokata mis-sit prezenti fiż-żona industrijali għal sit fil-periferija tal-istess żona f'Ħal Far. F'dan is-sit, l-iżvilupp li għandu jsir jinkludi interventi minimi li se jsiru skont permessi kif joħorġu mill-Awtorità tal-Ippjanar b'rispett sħiħ lejn il-klassifikazzjoni ta' parti mis-sit bħala Natura 2000.

Il-Ministru Schembri saħaq li din se ssolvi wkoll kwistjoni oħra, fejn sport ieħor li qiegħed jiġi prattikat fil-viċinanzi kien qed ixekkel membri tal-Assoċjazzjoni milli jtajru l-ajruplani tagħhom.

“Ir-rilokazzjoni ġejja mill-fatt li s-sit eżistenti jinsab fil-viċinanzi ta' diversi siti oħra li qed jiġu żviluppati għal skopijiet industrijali, u s-sit ikun adattat għal skopijiet simili, apparti mill-korsa nnifisha", spjega l-Ministru Schembri.

Il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar il-ħidma kollettiva li qed issir fil-qasam tal-isport, li ma tinkludix biss investiment infrastrutturali u investiment fl-atleti u dawk li jipprattikaw kull tip ta' sport, imma wkoll f'għajnuna varja lill-klabbs u assoċjazzjonijiet.

“Qed nagħtu wkoll prijorità lill-assoċjazzjonijiet u l-klabbs sportivi, anki dawk żgħar, biex dawn ikomplu għaddejjin bid-delizzju tagħhom f'ambjent aħjar u li jixraq għall-prattika tal-isport favorit tagħhom", qal il-Ministru Grima.

INDIS Malta se tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju tul il-proċess ta' rilokazzjoni. Fost oħrajn, se tkun qed toħroġ somma massima ta' €350,000 fuq perjodu ta' sena biex tkopri xogħlijiet ta' rilokazzjoni approvati minn qabel.

Il-President ta' l-HFMFA Pierre Bonello qal li l-ftehim bejn l-HFMFA u INDIS Malta Ltd se jippermetti li s-sit u l-attivitajiet tal-klabb jiġu rilokati f'post alternattiv fiż-żona ta' Ħal Far. Dan il-proċess seta jsir possibbli biss permezz ta' kollaborazzjoni bejn numru ta' entitajiet.

Kemm l-organizzazzjoni sportiva kif ukoll l-industrija se jibbenefikaw minn din ir-rilokazzjoni. Minħabba l-iżviluppi riċenti ħdejn is-sit attwali s-sit  ma baqax ideali u adegwat biex l-organizzazzjoni tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha u b'hekk kien hemm impatt fuq il-possibilità li l-assoċjazzoni tikber u tkun attraenti għall-120 membri tagħna. L-organizzazzjoni sportiva issa se tkun tista' twettaq l-attivitajiet u l-avvenimenti tagħha fuq skala akbar u internazzjonali.

Luciano Busuttil, iċ-Chairmain ta' SportMalta tkellem dwar il-kollaborazzjoni li kien hemm bejn dawk kollha involuti, il-ministeri u l-entitajiet, li flimkien mal-Assoċjazzjoni waslu għal dan il-ftehim li permezz tiegħu l-Assocjazzjoni se tibqa' tipprattika bl-isport tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-Għaqda tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta’ Ħal Far se tingħata sit alternattiv – Titwitta t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-Għaqda tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta’ Ħal Far se tingħata sit alternattiv – Titwitta t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-Għaqda tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta’ Ħal Far se tingħata sit alternattiv – Titwitta t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-Għaqda tat-Titjir tal-Mudelli tal-Ajruplani ta’ Ħal Far se tingħata sit alternattiv – Titwitta t-triq għall-korsa tat-tlielaq tal-karozzi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow