Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Attivitajiet innovattivi għall-anzjani li jgħixu fil-komunità

pr220198
Date Icon 12/02/2022

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li se jiġu organizzati għadd ta' attivitajiet innovattivi immirati lejn l-anzjani li jgħixu fil-komunità.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Farrugia spjega li dawn l-attivitajiet se jkunu adattati kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Minn stħarriġ fost iktar minn 480 raġel li għandhom 60 sena, inġabret informazzjoni dwar il-preferenzi għall-parteċipazzjoni soċjali mill-irġiel. Ir-riżultat intuża biex jitfassal dan il-programm ta' attivitajiet li jinkludu żjara fil-Mużew Malti tal-Avjazzjoni, taħdita dwar l-istorja tal-belt kapitali, żjara fit-Torri l-Aħmar u taħdita dwar il-proċess ta' kif isir l-inbid fost l-oħrajn.

Il-Ministru Farrugia qal li dan hu proġett pilota li se jkun miftuħ għall-anzjani li joqogħdu fir-reġjun ċentrali u fir-reġjun  tat-Tramuntana. Il-pjan hu li jekk dan il-programm ikun suċċess, ikun mifrux għal iktar reġjuni. Huwa ħabbar ukoll li d-dipartiment se jiffaċilita l-aċċessibbiltà billi jipprovdi trasport lil min ikollu bżonn. 

L-attivitajiet huma immirati lejn l-anzjani li jixtiequ jiltaqgħu ma' anzjani oħra, isiru jafu iżjed fuq suġġetti varji inkluża l-istorja ta' Malta u jżuru postijiet ta' interess. Il-programm se jkun imqassam f'attività darba kull ħmistax li talterna bejn taħdita li se ssir fil-Valletta Design Cluster u ħarġa kulturali.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jara l-programm mis-sit activeageing.gov.mt jew iċempel fuq 21650940.  L-applikazzjonijiet jagħlqu ġimgħa qabel kull attività. Min irid jipparteċipa f'dan il-programm jeħtieġ li jirreġistra għal kull attività.

Bħalissa għaddejjin ukoll numru ta' korsijiet u programmi mingħajr ħlas f'numru ta' ċentri għall-anzjanità attiva. Wieħed minnhom huwa Sports Adultz. Dan il-programm jinkludi numru ta' sessjonijiet ta' sports, bħal walking football u seated tennis, li jkunu adattati għall-anzjani. Barra minn hekk, il-programm Nibqgħu Attivi jinkludi sessjonijiet informattivi u eżerċizzji għall-anzjani mmexxija minn fiżjoterapisti u minn professjonisti oħra. Bħalissa għaddej ukoll kors immirat lejn l-anzjani li jixtiequ jitgħallmu dwar kif jagħmlu użu aħjar mit-teknoloġija filwaqt li jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Attivitajiet innovattivi għall-anzjani li jgħixu fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Attivitajiet innovattivi għall-anzjani li jgħixu fil-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow