Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ambjent Malta se tqassam żerriegħa tas-siġar indiġeni lill-istudenti tal-iskejjel primarji

pr220195
Date Icon 11/02/2022

Skema ġdida minn Ambjent Malta (AM) ser tkun qed tħeġġeġ studenti tas-Snin 4, 5 u 6 fi skejjel tal-gvern, privati u tal-knisja biex flimkien iħawlu siġra fil-21 ta' Marzu biex jiġi ċċelebrat il-bidu tar-rebbiegħa.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima.

L-istudenti se jingħataw pakkett ta' żerriegħa (li fosthom hemm is-siġra ta' Ġuda, siġret il-Virgi, siġra taċ-Ċipress, is-siġra taż-Żnuber, u s-siġra tal-Għargħar) u se jiġu mħeġġa jħawlu u jsaqqu s-siġra tagħhom. Se jingħatalhom ukoll materjal edukattiv biex ikunu jistgħu jitgħallmu dwar l-importanza tas-siġar.

Il-Ministru Farrugia spjega li dawn is-siġar indiġeni se jgħinu biex il-bijodiversità lokali tgħix u titkattar: bijodiversità li tipprovdi l-ikel u kenn għal annimali bħal għasafar u friefet filwaqt li ssostni l-ekosistemi lokali. Dawn is-siġar huma ideali għall-klima u l-ħamrija ta' pajjiżna, u wara li jiġu mħawla jirrikjedu ħafna inqas ilma u fertilizzant minn siġar li mhumiex lokali.

Il-Ministru Farrugia faħħar il-fatt li fl-2021, Ambjent Malta kisret rekord ieħor tal-aħħar snin hekk kif ħawlet total ta' 24,752 siġra u arbuxell. Din hija żieda fuq is-snin 2018, 2019 u 2020, meta tħawlu 10,185; 20,286, u 21,808 siġra rispettivament. “Komplejna nimplimentaw proġetti ħodor u innovattivi madwar pajjiżna: biex nipproteġu l-ambjent ta' madwarna, nħaddru ż-żoni urbani tagħna permezz ta' ġonna u green walls, flimkien ma' inċentivi għal proġetti ħodor u iktar tħawwil ta' siġar. Ħarsitna trid tibqa' fuq l-isfidi li għandna quddiemna, bħall-kwalità tal-ħajja u t-tibdil fil-klima, filwaqt li nżommu f'moħħna l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri, kif ukoll il-legat li se nħallu warajna", qal il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima qal li permezz tal-edukazzjoni qegħdin niżguraw li l-istudenti tagħna jingħataw aktar possibilitajiet biex iwessgħu l-għarfien tagħhom lil hinn mill-aspett tradizzjonali tal-edukazzjoni billi nipprovdulhom l-għodda neċessarja li permezz tagħha huma jistgħu jiksbu għarfien dwar suġġetti varji, inkluż l-ambjent.

“Malta tinsab fuq quddiem fil-promozzjoni ta' ħarsa wiesgħa u ħolistika lejn l-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli (ESD) li parti integrali minnha huwa l-programm Ekoskola. Nieħu gost nara l-iskejjel u t-tfal tagħna jipparteċipaw f'dan il-programm, b'hekk permezz tal-ħidma tagħna fl-iskejjel inkomplu nwessgħu l-kuxjenza dwar l-ambjent u l-importanza ta' ambjent sostenibbli", kompla l-Ministru Grima.

Huwa qal ukoll li fl-iskejjel il-ġodda li qed jinbnew u wkoll dawk li qed jiġu rranġati qed jingħata aktar spazju lill-ambjent, filwaqt li faħħar din l-inizjattiva li se tkompli tqanqal l-interess ta' uliedna fl-ambjent ta' madwarhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ambjent Malta se tqassam żerriegħa tas-siġar indiġeni lill-istudenti tal-iskejjel primarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ambjent Malta se tqassam żerriegħa tas-siġar indiġeni lill-istudenti tal-iskejjel primarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ambjent Malta se tqassam żerriegħa tas-siġar indiġeni lill-istudenti tal-iskejjel primarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Ambjent Malta se tqassam żerriegħa tas-siġar indiġeni lill-istudenti tal-iskejjel primarji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow