Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT

pr220192
Date Icon 11/02/2022

Fil-jum iddedikat għan-numru tal-emerġenza 112, l-entitajiet tal-forzi tal-ordni kif ukoll dawk tas-servizz tal-emerġenza ltaqgħu biex joħolqu aktar għarfien dwar l-użu responsabbli ta' dan in-numru.

F'attività fl-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar, li għaliha attendew il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Minisru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima, tfal ta' etajiet differenti setgħu josservaw ix-xogħol li jsir meta xi ħadd iċempel għall-għajnuna fuq in-numru 112.

Il-Ministru Camilleri tkellem dwar l-importanza li dan in-numru jintuża b'mod responsabbli, għaliex dik it-telefonata taf tfisser ħajja jew mewt. Fis-sena 2021, il-kamra tal-kontroll tal-112 irċeviet total ta' 340,410 telefonati, madankollu kien hemm aktar minn 260,213-il telefonata li mhux suppost saru fuq in-numru 112 hekk kif kienu telefonati ta' abbuż jew inkella każijiet li ma kellhomx relevanza.

Dan ifisser li fost it-telefonati kollha li saru kienu biss 83,434 minnhom li kienu każijiet ta' emerġenza vera, b'maġġoranza (77%) li ġew mogħdija lis-servizz tal-ambulanza hekk kif l-emerġenza kienet waħda medika, filwaqt li 11.1% marru għand il-pulizija u ftit inqas minn 10% marru għand il-Protezzjoni Ċivili. Kien hemm ċirkostanzi fejn intalbet ukoll l-għajnuna tal-Forzi Armati ta' Malta. 

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru Camilleri spjega kif qed isir investiment kontinwu sabiex il-forzi tal-ordni jwieġbu għas-sejħiet b'mod iktar effettiv. Fil-fatt, kull telefonata tiġi mwieġba f'medja ta' erba' sekondi, għaldaqstant huwa appella lill-pubbliku biex juża l-112 b'mod responsabbli.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima tkellem dwar l-importanza li l-edukazzjoni li tiġi mgħallma fl-iskejjel tkun waħda sħiħa sabiex tassew tkun ta' benefiċċju għal uliedna. Meta tkellem mat-tfal, huwa spjega li, “It-tagħlim li tieħdu fl-iskejjel mhux qiegħed hemm biss biex tgħaddu mill-eżamijiet, li huwa importanti, imma wkoll biex titilgħu bħala ċittadini responsabbli. Għalhekk l-attivitajiet tal-lum, biex titgħallmu l-użu tajjeb tan-numru tal-emerġenza 112. Imma wkoll biex taraw ix-xogħol li jagħmlu dawn il-ħaddiema, u meta jasal iż-żmien, titħajjru taqbdu karriera li tagħtikom sodisfazzjon u permezz tagħha tagħmlu ħafna ġid".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow