AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel m'għandhomx jintużaw minħabba li nstab li jista' jkun hemm migrazzjoni ta' ċomb u kadmju fl-ikel waqt l-użu.
| Deskrizzjoni tal-prodotti: | Platt għat-tfal magħmul mill-ħadid u miksi bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) Kikkra għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) Skutella għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) |
| Tema: | Sweet bloom |
| Numru tal-artiklu: | Platt: 3641/202/999 Kikkra: 3641/210/999 Skutella: 3641/211/999 |
| Dittà: | ZARA Home |
| Oriġini: | Ċina |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950