Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA

pr220189
Date Icon 11/02/2022

Il-President ta’ Special Olympics Malta Dr Lydia Abela qalet li l-Olimpjadi Speċjali ta’ Mejju li ġej f’Malta se juru l-ħiliet u l-abbiltajiet tal-atleti ta’ Special Olympics mill-Ewropa u lil hinn minnha, waqt li se jiċċelebraw ir-reżiljenza u l-perseveranza ta’ madwar 1,000 atleta b’diżabilità intellettwali minn 25 pajjiż.

F’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli fi Brussell, Dr Lydia Abela qalet li l-isport jgħaqqad u huwa għodda kruċjali għall-inklużjoni.

“Il-logħob f’Malta se jkun xhieda ta’ kif il-persuni b’diżabilità intellettwali u persuni oħrajn jistgħu jitgħallmu flimkien u jgħixu flimkien b’mod ugwali u inklussiv,”  qalet il-President ta’ Special Olympics Malta Dr Abela, hekk kif spjegat li minbarra l-logħob kompetittiv f’sitt dixxiplini sportivi – l-għawm, l-atletika, football, table tennis, bocce u tenpin bowling – se ssir logħba waterpolo bejn atleti b’ħiliet u abbiltajiet differenti (unified). 

Lejlet il-ftuħ tal-logħob se jsir forum b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta għal professjonisti, studenti, ġenituri u atleti dwar l-inklużjoni fl-isport għall-persuni b’diżabilità intellettwali fis-sistema edukattiva.

Tul il-laqgħa, Dr Abela, il-President ta’ Special Olympics fl-Ewropa David Evangelista, id-Direttur ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u l-Viċi President ta’ Special Olympics fl-Ewropa Christo Velkov stiednu lill-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli biex tiġi Malta għal-Logħob tal-Olimpjadi Speċjali bejn l-14 u s-17 ta’ Mejju li ġej.

“Special Olympics trid tkun l-aktar sieħeb importanti u b’saħħtu fil-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal Ewropa aktar inklussiva u ugwali, fejn il-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess faċli għall-opportunitajiet kollha biex jilħqu l-milja tal-potenzjal tagħhom,” qal David Evangelista, il-President ta’ Special Olympics fl-Ewropa.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li tinsab ħerqana għall-Olimpjadi Speċjali f’Malta, kif ukoll sabiex tgħaqqad l-għanijiet ta’ Special Olympics mal-Unjoni tal-Ugwaljanza u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità tal-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow