Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA: Malta bl-aqwa rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-UE

pr220188
Date Icon 10/02/2022

Fl-aħħar tbassir tagħhom ippubblikat illum, l-ekonomisti tal-Kummissjoni Ewropea qed isostnu li din is-sena l-ekonomija Maltija se jkollha l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Dan meta mistennija li tikber b’6%, li jfisser darba u nofs ir-rata ta’ tkabbir li bih se tikber l-ekonomija Ewropea. 

Skont l-esperti Ewropej, it-tkabbir se jseħħ minħabba domanda domestika b’saħħitha kif ukoll permezz tal-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza. Dawn se jwasslu biex pajjiżna jerġa’ lura għall-qagħda ekonomika li kellu qabel il-pandemija sa nofs din is-sena. 

Ir-rapport jinnota li, “Relative to the EU average, inflation in Malta increased only moderately in 2021”. Dan mistenni jkompli din is-sena l-aktar minħabba d-deċiżjoni li ħa l-gvern biex iżomm il-prezz tal-enerġija stabbli. Din hija l-anqas rata ta’ inflazzjoni mbassra għal pajjiż fl-Unjoni. Bħala medja, l-inflazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea mistennija titla’ għal 3.9%, jew id-doppju ta’ pajjiżna. 

Il-gvern jibqa’ kommess li r-rata ta’ rkupru ekonomiku f’pajjiżna tkun l-aħjar fl-Ewropa kif ukoll biex ikompli jkun tarka għall-familji tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow