Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI L-ewwel kumpanija bbażata f’Malta li tiġi kkwotata fuq in-NASDAQ – NASDAQ hija l-akbar stock exchange elettronika fid-dinja

pr220182
Date Icon 09/02/2022

Trust Stamp hija l-ewwel tech start-up ibbażata f'Malta li ġiet ikkwotata fuq in-NASDAQ, fejn il-Malta Enterprise kienet kruċjali biex din tkun l-ewwel kumpanija Maltija li tiġi inkluża fl-akbar suq elettroniku fid-dinja.

Dan ħabbritu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt żjara li tmexxiet mill-Kap Eżekuttiv u l-ko-fundatur ta' Trust Stamp Gareth Genner.

Trust Stamp tipprovdi sistemi ta' sigurtà bbażati fuq l-identità tal-persuni, abbażi tal-bijometrika li hija mifruxa fl-Amerika, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika.

Il-prodott li toffri Trust Stamp juża t-teknoloġija u l-intelligenza artifiċjali biex banek u istituzzjonijiet oħra jkunu jistgħu jivverifikaw il-kredenzjali tal-klijenti. Dan anke filwaqt li bl-istess teknoloġija li qed tiġi rriċerkata u żviluppata f'Malta, tintuża minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħal MasterCard.

“L-istorja ta' Trust Stamp hija wkoll eżempju tal-impenn li għandna sabiex noħolqu u niżviluppaw niċeċ ekonomiċi ġodda f'setturi moderni sabiex l-ekonomija tagħna tkompli tiddiversifika u tissaħħaħ. Setturi li jsibu fejn jimirħu f'Malta u jkollhom storja ta' suċċess, biex b'hekk inkomplu noħolqu u nipprovdu aktar opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna", qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Hija kompliet tgħid li minkejja ċ-ċokon ta' Malta, pajjiżna għandu l-potenzjal li jattira investiment fl-iżvilupp ta' startups bħal Trust Stamp.

L-appoġġ finanzjarju ta' Malta Enterprise, permezz ta' skemi u inċentivi, kien kruċjali sabiex din il-kumpanija tikber u tinvesti madwar €3.5 miljun fl-ekonomija Maltija fl-aħħar sena u nofs. Fit-tliet snin li ġejjin din il- kumpanija se tkun qed tinvesti €6 miljun oħra filwaqt li tkabbar il-preżenza tagħha f'pajjiżna hekk kif se tkun qiegħda timpjega 50 persuna oħra fl-uffiċini tagħha f'Malta.

“Il-mixja sabiex Trust Stamp waslet san-NASDAQ hija wkoll riżultat tal-ekosistema f'Malta u l-klima ekonomika u politika ta' pajjiżna li joffru stabbiltà u serħan il-moħħ lill-investituri barranin", żiedet tgħid il-Ministru Dalli.

Fid-diskors tiegħu l-ko-fundatur Gareth Genner tkellem dwar kif il-kumpanija waslet għad-deċiżjoni li twaqqaf il-bażi Ewropea tagħha f'pajjiżna u esprima r-ringrazzjament tiegħu lill-Gvern Malti u lill-Malta Enterprise, li huwa jakkreditahom bħala fattur fis-suċċess tal-kumpanija.

“Il-fiduċja u l-investiment tagħkom fil-viżjoni tagħna, f'mument li kien tant kritiku għall-kumpanija tagħna, għenu biex is-suċċess tagħna jkun possibbli, u nistennew bil-ħerqa li nkomplu naħdmu magħkom hekk kif inkomplu nkabbru Trust Stamp u nkomplu ninvestu fl-ekonomija Maltija", qal is-Sur Gareth Genner.

NASDAQ hija l-akbar stock exchange elettronika fid-dinja li permezz tagħha investituri jkunu jistgħu jinvestu f'aktar minn 3,500 kumpanija li huma fost l-akbar fid-dinja. Biex kumpanija tiġi aċċettata fuq in-NASDAQ irid ikollha kapital ta' aktar minn $2 miljun, aktar minn 100,000 sehem f'idejn il-pubbliku, u valur ta' assi ta' aktar minn $4 miljun, fost oħrajn. Fuq in-NASDAQ jiġu nnegozjati madwar 4 biljun sehem f'dawn il-kumpaniji kuljum, b'valur medju ta' aktar minn $300 biljun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI L-ewwel kumpanija bbażata f’Malta li tiġi kkwotata fuq in-NASDAQ – NASDAQ hija l-akbar stock exchange elettronika fid-dinja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow