Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jingħataw l-ewwel servizzi miċ-Children’s House

pr220174
Date Icon 08/02/2022

Bdew jingħataw l-ewwel servizzi miċ-Children's House, post li qed iservi sabiex it-tfal jixhdu f'post sigur, f'ambjent aktar adattat minn dak tal-Qorti, fejn ikun hemm tensjoni u pressjonijiet żejda.

Iċ-Children's House bdiet topera s-servizzi kollha tagħha b'effett minn Jannar ta' din is-sena bħala parti mir-riformi li daħlu fis-seħħ permezz tal-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal. It-Tlieta waranofsinhar il-Ministru Michael Falzon żar din id-dar, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti, u d-Direttur Steve Libreri.

Id-Dar tat-Tfal qed tħares l-interessi u l-benesseri tat-tfal fil-kamp ġudizzjarju, u tipprova tassisti l-Qrati u l-korpi investigattivi skont l-eżiġenzi tagħhom, mingħajr ma titfa' piż zejjed fuq it-tfal. Malta qed timxi mal-mudell Barnahus fl-Iżlanda u tal-Alliance for Children tal-Istati Uniti, sabiex minuri illi huma vittmi ta' vjolenza, jew huma xhieda ta' vjolenza, jistgħu jagħtu x-xhieda tagħhom f'post sigur u tajjeb għalihom.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li apparti l-estetika, li hi importanti, id-Dar tat-Tfal tinvesti wkoll fi proċess speċjalizzat illi jservi sabiex dawn il-minuri jirċievu s-sapport biex jiftakru l-memorji tagħhom. Professjonisti speċjalizzati fl-intervisti mat-tfal jiltaqgħu mat-tfal fid-Dar tat-Tfal u jagħmlulhom mistoqsijiet illi huma intiżi biex jgħinu lit-tfal jiftakru episodju, jew episodji, fejn huma sfaw vittmi ta' vjolenza, jew raw vjolenza fuq ħaddieħor.

Intant, il-professjonisti llum jaħdmu bir-reqqa sabiex l-awtoritajiet ikollhom dak illi għandhom bżonn, mingħajr ma tintefa' pressjoni żejda fuq it-tfal. Dan jieħu forom varji, speċjalment dwar il-mod illi jsiru l-mistoqsijiet u jieħdu inkunsiderazzjoni l-età u l-istadju ta' żvilupp tal-minuri, u ma jintużax kliem tqil jew problematiku għal tfal żgħar.

L-interviews mat-tfal li jkunu qed isegwu l-Imħallef u professjonisti oħra jiġu rrekordjati fid-dettall permezz tat-tagħmir li jirrekordja filmati. Dan sabiex l-investigaturi jew il-ġudikatura tista' tirrelata mal-video, minflok toqgħod ittella' lill-minuri jixhed għal aktar drabi. L-intenzjoni hi li nnaqsu l-konverżazzjonijiet mat-tfal.

Il-Qorti tal-minorenni diġà għamlet użu minn din id-Dar u użat il-proċess sabiex il-minuri jixhed fid-Dar minflok in camera fil-binjiet tal-Qorti. L-istess proċess intuża diversi drabi mill-pulizija u miċ-Child Protection Services, u l-filmati ta' dawn l-interviews qed jintużaw regolarment mill-Qorti Kriminali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jingħataw l-ewwel servizzi miċ-Children’s House
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jingħataw l-ewwel servizzi miċ-Children’s House
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jingħataw l-ewwel servizzi miċ-Children’s House
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow