Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema ta’ għajnuna finanzjara għas-sajjieda

pr2201721
Date Icon 07/02/2022

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali fetaħ it-tieni sejħa tal-iskema ta’ għajnuna finanzjara għas-sajjieda minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Din l-iskema ser tkun miftuħa għas-sajjieda li ma applikawx għall-ewwel sejħa ta’ applikazzjonijiet. Is-sajjieda kollha eliġibbli ntbagħtitilhom l-applikazzjoni, u huma mħeġġa japplikaw bejn is-7 ta’ Frar 2022 u t-28 ta’ Frar 2022.

“Kif diġà ħabbarna fl-ewwel sejħa tal-iskema s-sena l-oħra, €800,000 ġew allokati minn fondi nazzjonali biex nassistu lis-sajjieda kollha fi sfond ta’ pandemija. Għall-ewwel sejħa, id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura rċieva 506 applikazzjoni. Dan ifisser li dawn is-sajjieda diġà bbenefikaw minn investiment ta’ €688,100. Dawk li ma applikawx għall-iskema inizjali issa qed jingħataw l-opportunità japplikaw u jibbenefikaw mit-tieni sejħa”, qal il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali.          

L-eliġibbiltà hija bbażata wkoll fuq il-kategorizzazzjoni tal-liċenzja tal-bastiment (MFA & MFB) fis-sena 2020. Taħt din l-iskema, l-għotja ta’ €700 ġiet stabbilita bħala dik minima fil-każ li dgħajsa tkun reġistrata bħala MFA, u minimu ta’ €350 f’għotja fil-każ li dgħajsa tkun reġistrata bħala MFB. L-għotja massima tilħaq il-€5,000. 

Applikazzjonijiet iffirmati u li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa annessi mal-istess applikazzjoni għandhom jinbgħatu bil-posta lill-Front Office tad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, kif ukoll fl-Uffiċini tal-Ħatt tal-Ħut (Malta u Għawdex), jew fl-Uffiċċju tal-Uffiċjali tas-Sigurtà fl-Għammieri, il-Marsa. Hekk kif jaslu l-applikazzjonijiet, id-Dipartiment jagħmel il-verifiki neċessarji biex jiddetermina li l-pagamenti jaslu b’mod korrett.

F’każ ta’ diffikultà jew mistoqsijiet l-applikanti jew dawk interessati jistgħu jċemplu l-uffiċċju inkarigat mill-fondi tad-Dipartiment fuq 2292 6859 jew jibgħatu email fuq: fisheriesprojects.mafa@gov.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema ta’ għajnuna finanzjara għas-sajjieda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema ta’ għajnuna finanzjara għas-sajjieda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow