Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 65 proġett minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jibbenefikaw minn żewġ skemi ta’ aktar minn €100,000

pr220163
Date Icon 05/02/2022

Permezz tal-iskemi Assistance 4 You u Be Active, il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, flimkien ma' Aġenzija Żgħażagħ, qegħdin jiffaċilitaw 65 proġett minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ billi jipprovdulhom fondi li jikkwantifikaw għal aktar minn €100,000.

Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-fondi, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli spjegat li permezz ta' dawn l-iskemi qiegħed jintlaħaq l-għan strateġiku numru 6 tal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ li jispeċifika li għandha ssir promozzjoni u li jiġu ffaċilitati inizjattivi ta' koperazzjoni bejn is-setturi statali, dawk privati u għaqdiet volontarji li jadottaw attitudni pożittiva u inklużiva biex jilħqu l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ. Il-ministru qalet li biex jintlaħaq dan l-għan, din is-sena qegħdin jingħataw aktar minn €100,000 għal dawn il-proġetti.

L-Iskema Assistance 4 You se tkun qiegħda tgħin biex isiru 44 proġett li jibnu jew isaħħu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Dawn il-proġetti jvarjaw minn tisbiħ jew titjib tal-postijiet li jaħdmu minnhom l-organizzazzjonijiet għal xiri ta' riżorsi biex l-organizzazzjonijiet ikollhom biex u minn fejn jaħdmu aħjar.

Min-naħa l-oħra, l-iskema Be Active se tipprovdi għajnuna finanzjarja lil 21 proġett u inizjattivi li jinvolvu żgħażagħ oħra bħalhom dwar temi relatati mar-responsabbilizzazzjoni taż-żgħażagħ, id-drittijiet umani, il-kwalità tal-ħajja, id-djalogu interġenerazzjonali, l-ambjent u l-inklużjoni soċjali. Dawn il-proġetti jvarjaw minn kampanji li jkattru l-għarfien u jedukaw dwar relazzjonijiet abbużivi; żjarat fi skejjel u ċentri taż-żgħażagħ biex jesploraw dwar il-migrazzjoni u dak li tista' qiegħda ġġib magħha; u anke l-implimentazzjoni tat-tieni fażi ta' kafetterija li titmexxa minn żgħażagħ bid-Down's Syndrome.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ Miriam Theuma qalet li l-għan ta' dawn l-iskemi hu li, “b'dawn il-fondi nkomplu nibnu l-kapaċità tal-għaqdiet taż-żgħażagħ sabiex jissaħħu u jibdew jaċċessaw fondi akbar mill-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk tal-Erasmus+ u l-European Solidarity Corps. Fil-fatt, illum nedejna pubblikazzjoni dwar il-European SolidarityCorps sabiex tagħti aktar informazzjoni liż-żgħażagħ dwar dan il-kunċett."

Il-pubblikazzjoni 'European Solidarity: A Closer Look', li ġiet żvelata waqt din is-serata, ġiet żviluppata u se tkun qiegħda tingħata lil żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bl-appoġġ tal-Eurodesk Youth Information Platform.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 65 proġett minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jibbenefikaw minn żewġ skemi ta’ aktar minn €100,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 65 proġett minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jibbenefikaw minn żewġ skemi ta’ aktar minn €100,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 65 proġett minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jibbenefikaw minn żewġ skemi ta’ aktar minn €100,000
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow