Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Il-Buskett se jkollu ċentru ġdid ta’ informazzjoni għall-viżitaturi, fost xogħlijiet oħra li għaddejjin

pr220160
Date Icon 04/02/2022

Il-Ministru Aaron Farrugia ħabbar ċentru ġdid għall-viżitaturi, għall-familji u għal dawk kollha li jżuru l-ġonna tal-Buskett.

Ambjent Malta se tkun qed tibda x-xogħlijiet ta' twaqqigħ, ta' kostruzzjoni u t-tlestija ta' dan iċ-ċentru tal-viżitaturi.

Ladarba jitlesta, dan iċ-ċentru tal-viżitaturi se jservi bħala hub minn fejn tingħata informazzjoni dwar il-Buskett kif ukoll dwar il-flora u l-fawna li tinsab f'din iż-żona. Dan iċ-ċentru se jkun mgħammar b'faċilitajiet sanitarji, b'CCTVs u b'sistema ta' sigurtà.

Il-ministru spjega li matul dan iż-żmien tas-sena, l-uffiċjali ta' Ambjent Malta qed jaħdmu fuq diversi interventi bħal żbir fuq għadd ta' siġar. Din il-proċedura ssir biex tippromwovi t-tkabbir tas-saħħa billi tneħħi friegħi mejta u li qed imutu. Barra minn hekk, ix-xogħlijiet jinkludu wkoll xogħol ta' rutina, bħal tindif u qtugħ tal-ħaxix. Ambjent Malta bdiet ukoll tinstalla tabelli ġodda fil-Buskett li se jipprovdu direzzjoni lill-viżitaturi. L-istima ta' investiment għax-xogħlijiet ta' twaqqigħ, ta' kostruzzjoni u għat-tlestija taċ-ċentru tal-viżitaturi hija ta' €244,000.

Il-Ministru Farrugia qal li għaddejjin ukoll xogħlijiet fuq il-Grotta tal-Buskett, li hija patrimonju fil-Buskett li ħallewlna l-gran mastri tal-Ordni ta' San Ġwann. Matul is-snin, sfortunatament, ġarrbet ħsarat strutturali u għalhekk Ambjent Malta qed taħdem biex tirrestawra din l-istruttura permezz ta' investiment ta' €323,000.

Il-Buskett għandu status ta' Żona Speċjali ta' Konservazzjoni (SAC) u Żona ta' Protezzjoni Speċjali (SPA), u hu żona popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mal-barranin, partikolarment fix-xitwa. Il-Buskett, u ż-żona ta' madwaru, huma importanti wkoll għall-tajr tal-priża, li ħafna minnhom huma ta' importanza internazzjonali. Dan ippermetta li ż-żona tirċievi titlu kemm bħala SAC kif ukoll bħala SPA. Fiż-żona jinsab ukoll għar, l-Għar tal-Inkwiżitur. 61% tal-SAC, jew 149 Ha, jikkonsisti f'art agrikola, li l-biċċa l-kbira tagħha hija msaqqija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Il-Buskett se jkollu ċentru ġdid ta’ informazzjoni għall-viżitaturi, fost xogħlijiet oħra li għaddejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow