Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji

pr220159
Date Icon 04/02/2022

B’investiment ta’ €1,000,000, aktar minn 3,300 student u studenta se jgawdu minn internet b’xejn għal sena. Din il-miżura se jgawdu minnha l-istudenti li huma eliġibbli għal stipendju, tal-iskejjel tal-gvern, dawk indipendenti u tal-Knisja, Junior College u MCAST, li jkomplu immedjatament wara Year 11 (Form 5) u li qegħdin fl-ewwel sena fl-istudji postsekondarji tagħhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima u mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri.

L-għajnuna se tingħata f’forma ta’ vawċers li se jibdew jitqassmu b’mod elettroniku mil-lum stess u li jistgħu jibdew jissarrfu minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar u huma validi sal-15 ta’ Lulju 2022. Il-ministri saħqu li meta wieħed jikkunsidra wkoll l-inizjattiva tas-sena li għaddiet, ifisser li f’din il-leġiżlatura l-gvern investa maż-€2 miljun u laħaq aktar minn 6,400 student li jfisser li laħaq 6,400 familja.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima qal li din hija t-tieni sena li qed tkun implimentata din il-miżura, biex b’hekk il-ministeru qed ikompli jagħti appoġġ lill-istudenti u lill-familji tagħhom. “Din il-miżura hija konferma oħra tal-impenn li għandu dan il-gvern biex jinkoraġġixxi lill-istudenti jkomplu għaddejjin bl-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja”.

Il-Ministru Grima rrefera għall-baġit ta’ din is-sena u qal li bħall-baġits ta’ qablu, dan kien ukoll wieħed li daħħal inċentivi biex ikun ta’ spalla għall-istudenti, biex jagħtihom appoġġ fl-aktar mument delikat ta’ ħajjithom meta jkunu qed jaħsbu għall-futur tagħhom, fosthom iż-żieda f’daqqa ta’ 10% fl-istipendji.

“Bl-inizjattiva li qed inħabbru llum se nkunu qed ngħinu aktar minn 3,000 familja billi nnaqqsulhom spejjeż relatati mas-servizzi tal-internet għal sena sħiħa u allura bil-fatti se jibqgħalhom iktar flus fil-but. Iktar minn hekk, l-inizjattiva għat-tieni darba turi l-impenn sħiħ tal-gvern li nilħqu lil kulħadd,” saħaq il-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri żied jgħid li huwa kruċjali li Malta tibqa’ għaddejja bl-isforzi tagħha biex taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u biex dan verament iseħħ, qed jiġu indirizzati u jintlaħqu minnufih ġenerazzjonijiet futura. L-inizjattiva tal-lum hija pass importanti biex ikunu indirizzati dawn l-isfidi billi l-gvern jara li ħadd ma jaqta’ lura filwaqt li jsaħħaħ is-sisien ta’ ekonomija diġitali f’pajjiżna.

L-istudenti se jirċievu l-voucher ta’ €300 għal internet b’xejn permezz ta’ email. Dan għandhom jieħduh biex jissarraf għand wieħed mill-ħwienet ewlenin tal-internet service providers. B’dan il-voucher, ikunu jistgħu jixtru l-internet mingħand is-service providers li jissarrfu għandhom, u immedjatament il-flus ta’ dan il-voucher jingħadda għand is-service provider b’mod immedjat permezz tas-sistema li tfasslet mill-MIMCOL. Kull student jista’ jagħżel kwalunkwe skema tal-internet offruta għal dan il-valur tal-voucher. Il-voucher tal-internet b’xejn jista’ jintuża biex jiġi ttoppjat kont attiv tal-internet li l-istudent diġà għandu.

Għal iżjed informazzjoni dwar din l-inizjattiva, wieħed jista’ jżur is-sit freeinternetvoucher.edu.mt jew education.vouchersmimcol.com, jew iċempel fuq 153.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: B’investiment ta’ €1 miljun, għat-tieni sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li jkomplu immedjatament wara Year 11 fl-istudji postsekondarji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow