Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Marsovin tinvesti €4 miljuni f’operat sostenibbli u effiċjenti

pr220158
Date Icon 04/02/2022

Kumpanija lokali li tipproduċi l-inbid qed tinvesti €4 miljun f’makkinarju aktar effiċjenti u timxi lejn operat aktar sostenibbli. L-investiment li qed isir minn Marsovin Winery Ltd se jgħin lill-kumpanija timmodernizza l-operat tagħha biex tkun aktar kompetittiva filwaqt li tiżgura s-sostenibbiltà.

Dan ħabbritu il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt żjara lill-kumpanija, akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia. Iż-żjara tmexxiet mill-Kap Eżekuttiv Jeremy Cassar, li huwa r-raba’ ġenerazzjoni tal-familja li qed imexxi dan in-negozju.

L-investiment se jsir fuq medda ta’ tliet snin, grazzi għall-għajnuna mogħtija mil-Malta Enterprise, biex b’hekk Marsovin tkompli tiżviluppa u tipproduċi kwalità għolja ta’ nbejjed. F’dan l-investiment, Marsovin qed timxi mal-element ta’ sostenibbiltà fejn se tinvesti f’makkinarju modern li għandu jtejjeb il-produzzjoni  u l-effiċjenza.  L-investiment li se jsir fit-teknoloġija Industry 4.0 se jkompli jżid l-effiċjenza u jsaħħaħ il-kompetittività. Permezz ta’ din it-teknoloġija, Marsovin se tassigura l-kwalità tal-prodott filwaqt li tgħin biex titnaqqas il-ħela.

F’kummenti, il-Ministru Dalli qalet li, “Marsovin huwa eżempju ieħor ta’ negozji tal-familja li mexa maż-żminijiet u kiber. Dan l-investiment se jkompli jwassal biex dan in-negozju jkompli jiddiversifika, hekk kif  Marsovin qed tara li tiftaħ l-għelieqi tagħha għall-agrituriżmu. Però, mhux hekk biss, permezz ta’ dan l-investiment qed jaraw li jinbidel il-makkinarju għal wieħed modern u effiċjenti, b’impatt minimu fuq l-ambjent”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Marsovin Jeremy Cassar qal li, “Dan l-investiment se jġib lil Marsovin ’il quddiem fil-kapaċitajiet tiegħu fejn tidħol il-produzzjoni, se jappoġġa wkoll l-isforzi tagħna biex ninvestu fis-sostenibbiltà permezz tal-iskema tagħna tar-ritorn tal-fliexken li hija l-aktar sistema li tirrispetta l-ambjent għall-produzzjoni tax-xorb fi ħġieġ. Barra minn hekk, l-investiment f’dan il-makkinarju se jippermettilna wkoll nespandu l-portafoll tagħna ta’ prodotti u nkunu innovattivi b’kunċetti ġodda ta’ xorb”.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Marsovin tinvesti €4 miljuni f’operat sostenibbli u effiċjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Marsovin tinvesti €4 miljuni f’operat sostenibbli u effiċjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Marsovin tinvesti €4 miljuni f’operat sostenibbli u effiċjenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow