STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Statistika dwar servizzi governattivi mogħtija lill-pubbliku
Fir-raba' kwart tas-sena, ġie inawgurat ċentru reġjonali ġdid. Dan sar proprju fil-bidu ta' Ottubru fis-Siġġiewi. servizz.gov offra assistenza f'Għawdex fl-istampar taċ-ċertifikat tal-vaċċin (COVID-19). F'dan il-kwart tas-sena, ġew irreġistrati ftit inqas minn 65,000 żjara fl-erbgħa u għoxrin ċentru reġjonali u fiż-żewġ ċentri tekniċi ta' servizz.gov f'Malta. L-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk taż-Żejtun, ta' Ħal Qormi u tal-Mosta.
Min-naħa l-oħra, l-iktar ċentru tekniku li laqa' persuni kien dak tat-Taxpayer Service servizz.gov. F'dan il-kwart tas-sena, ġew irreġistrati 10,029 żjara. Iċ-ċentru tal-Edukazzjoni, edu servizz.gov, irreġistra ftit iktar minn 1,900 żjara.
Matul Ottubru, Novembru u Diċembru, il-Freephone 153 wieġeb total ta' 196,029 telefonata. L-ikbar numru ta' mistoqsijiet kienu dwar is-sigurtà soċjali. F'Novembru, Freephone 153 beda jirċievi wkoll telefonati fuq REWS.
Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt baqa' mfittex mill-klijenti ta' servizz.gov. Fil-fatt, fir-raba' kwart tas-sena, il-klijenti ta' servizz.gov aċċessaw is-sit 280,021 darba.
In-numru totali ta' downloads ta' mobile apps permezz tal-maltapps launcher kien ta' 9,910. L-iktar app popolari kienet dik ta' COVID Alert Malta, li tniżżlet 2,968 darba.
Min-naħa l-oħra, intbagħtu 12,549 ittra elettronika lil servizz@gov.mt, filwaqt li Ottubru kien l-aktar xahar li fih l-aġenzija rċeviet ittri elettroniċi.
servizz.gov għandu preżenza wkoll fuq il-midja soċjali kemm fuq Facebook kif ukoll fuq Instagram.
Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika uffiċjali miġbura mill-aġenzija servizz.gov għar-raba' kwart tas-sena 2021.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950