Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 20,000 tifel u tifla f’72 skola se jibbenefikaw mill-proġett ta’ attività fiżika Fun Fit Football

pr220152
Date Icon 03/02/2022

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport qed ikompli bil-ħidma tiegħu biex iżid l-attività fiżika fl-iskejjel, kemm bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Isport, kif ukoll biex jikkumbatti r-rata ta’ obeżità fit-tfal.

“Qed naħdmu biex tiżdied l-attività fiżika fl-iskejjel tagħna, imma huwa importanti wkoll li nkomplu naħdmu biex inbiddlu l-mentalità, nibdlu l-kultura u l-mod kif jaħseb in-nazzjon fejn jidħol l-isport u l-attività fiżika – 

għalhekk l-importanza tal-edukazzjoni fiżika bħala għodda għall-edukazzjoni ħolistika u biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-attività fiżika u fl-isport,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima.

Il-Ministru kien qed jitkellem waqt attività li saret flimkien mal-Malta Football Association, fejn ġie mniedi l-programm Fun Fit Football. Dan il-proġett huwa riżultat li joħroġ minn taħdidiet u wkoll ftehim li kien iffirmat mal-MFA fix-xhur li għaddew. L-għan tal-ftehim huwa li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u l-MFA, bl-għan finali li jiżdied in-numru ta’ tfal involuti fil-futbol regolari jew f’attività fiżika.

Il-Programm Fun Fit Football huwa ffinanzjat mill-UEFA flimkien ma’ għajnuna mill-gvern. Permezz tiegħu, il-coaches ta’ Fun Fit Football se jżuru l-iskejjel kollha primarji u jagħmlu sessjoni waħda ma’ kull klassi u tliet sessjonijiet fil-Year 6, li tinkludi wkoll sessjoni futsal. Minn dan il-proġett li huwa miftuħ għat-tfal kollha, bniet u subien, se jibbenefikaw 60 skola primarja f’Malta u 12-il skola f’Għawdex u huwa stmat li f’sena se jibbenefikaw 20,000 tifel u tifla. Il-proġett se jiffoka b’mod speċjali fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet fiżiċi u mhux biss ħiliet tekniċi speċifiċi għall-futbol u li jkunu inklussivi għat-tfal kollha tal-iskola.

Il-proġett se jsir kull nhar ta’ Ġimgħa f’dak li qed jissejjaħ ‘Active Fridays’. Apparti l-parteċipazzjoni tat-tfal se jkun hemm ukoll l-involviment tal-edukaturi għaliex dawn se jingħataw booklet biex ikunu jistgħu jkomplu jagħmlu s-sessjonijiet tal-Fun Fit Football mat-tfal.

Il-President tal-Malta Football Association Bjorn Vassallo qal, “Permezz tal-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol, l-assoċjazzjoni qiegħda toħloq opportunitajiet għal żvilupp individwali u kollettiv filwaqt li turi impenn bla waqfien lejn il-grassroots football, bl-għan li żżid il-parteċipazzjoni u tiffaċilita t-triq mill-grounds tal-iskola għan-nurseries tal-futbol billi tiżgura mhux biss attività fiżika regolari iżda tippromwovi wkoll il-futbol bħala għodda soċjali u edukattiva”.

Min-naħa tiegħu, Ivan Woods, Head Grassroots Development, qal li, “B’dan il-programm qegħdin għall-ewwel darba nilħqu t-tfal kollha fl-iskejjel primarji ta’ Malta u Għawdex permezz ta’ coaches speċjalizzati.  Huwa stmat li matul din is-sena, se nkunu lħaqna madwar 20,000 tifel u tifla bl-għan li nħajruhom jersqu lejn il-logħba tal-futbol”.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport huwa impenjat f’ħidma biex tiżdied aktar attività fiżika fost it-tfal tal-iskejjel, filwaqt li jiffaċilità t-tranżizzjoni mill-iskola għall-komunità billi jrawwem involviment kontinwu fil-futbol u fl-isport.

Il-Ministeru qed jaħdem fuq aktar proġetti, anke mal-imsieħba soċjali, fosthom l-MFA, sabiex inkattru l-attività fiżika f’uliedna u nrawwmu bidla soċjali pożittiva biex tkun imħaddna kultura sportiva.

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 20,000 tifel u tifla f’72 skola se jibbenefikaw mill-proġett ta’ attività fiżika Fun Fit Football
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT 20,000 tifel u tifla f’72 skola se jibbenefikaw mill-proġett ta’ attività fiżika Fun Fit Football
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow