Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministeru għal Għawdex jalloka madwar €200,000 għal skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji u lill-għaqdiet sportivi

pr220151
Date Icon 03/02/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri għal sena oħra nieda żewġ skemi biex ikunu sostnuti l-ħidma u l-operat tal-għaqdiet volontarji u l-għaqdiet sportivi li huma bbażati f'Għawdex.

Il-Ministru Camilleri ħabbar li din is-sena l-Ministeru għal Għawdex qed jerġa' jalloka €120,000 għall-Iskema ta' Assistenza għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tal-Ministeru għal Għawdex u €75,000 għall-Iskema ta' Promozzjoni ta' Inizjattivi u Faċilitajiet Sportivi. Huwa spjega li, “Dawn l-iskemi huma intiżi biex il-Ministeru għal Għawdex jassisti lill-għaqdiet volontarji li jkunu se jimplimentaw xi proġett, avveniment jew iwettqu xi inizjattiva b'risq il-komunità Għawdxija u biex isaħħu u jagħtu sostenn lill-volontarjat f'Għawdex."

F'kull skema l-għajnuna finanzjara li tingħata hija rifużjoni tal-ispejjeż minfuqa. Għal din is-sena ġie deċiż li  tinħareġ sejħa għall-proposti fil-bidu tas-sena u jekk tinħass il-ħtieġa, abbażi d-domanda mis-settur, tinħareġ sejħa oħra matul is-sena. Barra minn hekk, l-għaqdiet volontarji se jingħataw il-fakultà li jwettqu l-proġett/inizjattiva tagħhom fi żmien 12-il xahar mid-data tal-ftehim ta' għotja.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stieden lill-għaqdiet volontarji biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom fis-sejħiet il-ġodda. Huwa qal li l-għajnuna li qed tkun allokata, kemm permezz ta' dawn l-iskemi kif ukoll permezz ta' kwalunkwe skemi oħra li jamministra l-ministeru, hija sinjal ċar ta' fiduċja fil-ħidma volontarja f'Għawdex u fil-persuni li jsawru l-għaqdiet u li jaħdmu bla heda u mingħajr interessi.

Matul is-sena l-oħra, il-fondi allokati kienu ta' sostenn effettiv għas-settur tal-volontarjat sabiex il-ħidma tagħhom baqgħet għaddejja. Għall-Iskema ta' Assistenza għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tal-Ministeru għal Għawdex tas-sena 2021 applikaw madwar 18-il għaqda volontarja u ġew allokati madwar €90,000. Għall-Iskema ta' Promozzjoni ta' Inizjattivi u Faċilitajiet Sportivi tas-sena 2021 kien hemm disa' applikanti li bejniethom ħadu madwar €45,000.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li għalkemm matul il-pandemija, bosta mill-attivititajiet tħassru jew saru b'mod limitat għall-pubbliku, is-settur tal-volontarjat xorta kompla bil-ħidma tiegħu speċjalment fl-oqsma tas-servizzi u l-appoġġ fis-soċjetà.

Kull min jixtieq japplika għall- Iskema ta' Assistenza għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi tal-Ministeru għal Għawdex (Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme) https://vofunding.org.mt/funds/99. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat email fuq ngoscheme.mgoz@gov.mt jew iċempel fuq 2210 0287.

Għall-applikazzjoni tal- Iskema ta' Promozzjoni ta' Inizjattivi u Faċilitajiet Sportivi (Promotion of Sports, Initiatives and Facilities Scheme 2022) wieħed għandu jżur: https://mgoz.gov.mt/en/Pages/eForms/Pages%20Schemes%202022/Promotion-of-Sports,-Initiatives-.aspx.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministeru għal Għawdex jalloka madwar €200,000 għal skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji u lill-għaqdiet sportivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministeru għal Għawdex jalloka madwar €200,000 għal skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji u lill-għaqdiet sportivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministeru għal Għawdex jalloka madwar €200,000 għal skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji u lill-għaqdiet sportivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow