Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U GOVERNANZA Il-Kabinett tal-Ministri japprova emendi importanti fil-Kodiċi Kriminali dwar il-femiċidju

pr220149
Date Icon 03/02/2022

Il-Kabinett tal-Ministri approva pakkett ta' emendi fil-Kodiċi Kriminali li għandhom l-għan li jintroduċu, għall-ewwel darba fl-istorja legali ta' pajjiżna, il-kunċett ta' femiċidju, jiġifieri l-qtil ta' mara jew tifla li jkun motivat mill-ġeneru tagħha.  Bis-saħħa ta' dawn l-emendi preżentati mill-Ministru għall-Ugwaljanza, r-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ġustizzja u Governanza Edward Zammit Lewis, se jsiru tliet bidliet prinċipali fil-liġijiet tagħna: il-liġi se tkun issa qed tipprovdi lista ta' ċirkostanzi femmiċidjali li wara sejbien ta' ħtija ta' omiċidju se jiggwidaw lill-Qorti biex il-piena li tingħata tkun iktar ħarxa; il-liġi se tkun ukoll qed tipprovdi illi omiċidju b'karatteristiċi ta' femiċidju se jkun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli minħabba li jkun twettaq f'passjoni istantanja; u l-liġi se tkun issa qed tkopri bl-istess mod ir-reat ta' tentattiv ta' omiċidju li jkun sar f'ċirkostanzi ta' tentattiv ta' femiċidju.

F'konferenza ta' l-aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici spjega li dan il-pakkett ta' emendi importanti immens qed jiġi varat xahar wara l-istupru u omiċidju xokkanti ta' Paulina Dembska u f''għeluq sentejn mill-omiċidju ta' Chantelle Chetcuti.  Huwa saħaq li waqt li l-Gvern wettaq riformi b'saħħithom immens fl-aħħar snin, ċerti attitudnijiet patrijarkali u miżoġeni f'pajjiżna għadhom preżenti.

"Jekk irridu li pajjiżna verament ikun l-art ta' l-ugwaljanza, fejn in-nisa u l-irġiel ikunu ugwali bil-fatti, irridu nagħmlu bidliet b'saħħithom anke fil-liġijiet tagħna, inkluż dawk kriminali," sostna l-Ministru Bonnici waqt li enfasizza li bis-saħħa ta' dawn il-bidliet Malta se tkun minn ta' l-ewwel fl-Ewropa li se tintroduċi l-kunċett ta' femiċidju fil-Kodiċi Kriminali.  Huwa qal li quddiem il-vjolenza abbażi tal-ġeneru l-pajjiż kollu jrid jagħti s-sehem tiegħu biex inkomplu nirbħu iktar imħuħ u qlub favur ugwaljanza fejn jidħol il-ġeneru.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis min-naħa tiegħu spjega kif din l-Amministrazzjoni hija wahda magħquda, umli, tisma' u tiddeċiedi li ma tridx soċjetà msejsa fuq sterjotipi tal-ġeneru. Kompla billi saħaq li l-“femiċidju" mhux ġeneralment rikonoxxut bħala reat distint mill-omiċidju volontarju u dan għaliex fis-sistema legali Maltija l-ommiċidju ġġib l-ogħla piena possibli, jiġifieri, l-għomor il-ħabs. Madanakollu, il-Gvern huwa umli u sema l-karba tas-soċjetà, għalhekk qed jitressaq dan l-Abbozz.

Il-Ministru ikkonkluda illi għalkemm dan il-Gvern għamel ħafna sabiex iħares lill-mara, u beda jattwa dak li hemm fil-Kovenzjoni  ta' Istanbul, xorta jibqa' jemmen li għandu jitwettaq aktar xogħol minn kulħadd sabiex ikun hemm “mentality shift" fis-soċjetà tagħna sabiex ninħallu mill-ktajjen tad-diskriminazzjoni kontra l-mara u l-isterejotipi ibbażati fuq il-ġeneru.

Dr Lara Dimitrijevic li tmexxi l-Women's Rights Foundation qalet, “Illum nemmen li qed nagħmlu pass storiku  fejn qed naraw impenn politiku bit-tnedija tal-abbozz li qed jagħmel viżibbli r-realta' tal-femiċidju u jwassal messaġġ sod li l-vjolenza fuq in-nisa mhix aċċettabli fis-soċjeta' tagħna."

Il-proċess leġiżlattiv ta' dan l-abbozz ta' liġi fil-Kamra tad-Deputati se jibda b'effett immedjat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U GOVERNANZA Il-Kabinett tal-Ministri japprova emendi importanti fil-Kodiċi Kriminali dwar il-femiċidju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U GOVERNANZA Il-Kabinett tal-Ministri japprova emendi importanti fil-Kodiċi Kriminali dwar il-femiċidju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U GOVERNANZA Il-Kabinett tal-Ministri japprova emendi importanti fil-Kodiċi Kriminali dwar il-femiċidju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow