Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda għat-tieni sena skema għall-organizzazzjonijiet volontarji biex jinkisbu fondi għat-twettiq ta' proġetti innovattivi b'aspett xjentifku fil-komunità

pr220146
Date Icon 01/02/2022

Wara s-suċċess miksub is-sena għaddiet, il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed iniedi għat-tieni darba skema ta' fondi li tippromwovi l-innovazzjoni u l-użu tax-xjenza fil-komunità permezz tat-tixrid tal-għarfien u l-użu tiegħu fil-bliet u l-irħula tagħna. L-għan ta' din l-iskema hu li ssostni finanzjarjament lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet volontarji għat-twettiq ta' proġetti innovattivi fil-komunità, u b'hekk jixxerred l-għarfien u l-użu tagħhom.

Waqt it-tnedija tal-fond, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici ddeskriva din l-iskema bħala waħda essenzjali li se tkompli toħloq għarfien dwar il-ħtieġa tal-innovazzjoni, ir-riċerka u s-suġġetti xjentifiċi anki fuq livell lokali fi ħdan l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet volontarji li tant jagħmlu ġid fil-komunità. Huwa qal li dan jimxi id f'id mal-istrateġiji nazzjonali f'dan is-settur.

Il-Ministru Bonnici sostnali, “Il-Gvern irid ikompli jqarreb il-komunitajiet Maltin lejn ix-xjenzi u jkompli jeduka lis-soċjetà dwar kif dawn jaffettwawna fil-ħajja ta' kuljum, jgħinuna nimxu 'l quddiem u nilħqu l-miri tagħna.  Bl-istess mod inkunu qed inrawmu mentalitajiet ġodda u nħarju lit-tfal u l-istudenti jersqu lejn ix-xjenzi. Ir-realtà hi li minn dejjem, ir-riċerka u l-innovazzjoni kienu kruċjali għall-benesseri tal-ħajja u l-ħolqien tal-progress skont il-ħtiġijiet tas-soċjetà u rridu nkomplu nenfasizzaw l-importanza stroardinarja tagħhom."

B'kollox ġew allokati €150,000 u l-fond se jkun amministrat mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Kull organizzazzjoni tista' tibbenefika minn massimu ta' €10,000.

Sabiex l-organizzazzjonijiet jibbenefikaw minn dan il-fond, hu meħtieġ li l-istess organizzazzjonijiet joħorġu bi proposti għal proġetti innovattivi. Il-proposti li jużaw approċċ b'enfasi fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM) bħala punti ta' aċċess biex jiggwidaw proċessi ta' tagħlim, djalogu u ħsieb kritiku li jwasslu biex it-teorija u l-prattika jitħaddmu flimkien huma eliġibbli wkoll.

Is-Sur Alistair Borg, id-Direttur għall-Istrateġija u Sapport fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti  tal-istess Ministeru, qal li, “ Din l-iskema, li tinsab fit-tieni sena tagħha, inħolqot bil-ħsieb li tkompli tqanqal il-qlub u l-imħuħ favur il-bżonn ta' iktar għarfien dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-soċjetà Maltija."

L-applikazzjonijiet eliġibbli kollha se jkunu evalwati minn bord ta' evalwaturi skont il-linji gwida stabbiliti u ppubblikati.

Il-linji gwida dwar kif wieħed għandu  japplika għal dan il-fond huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ministeru mfer.gov.mt.

L-applikazzjonijiet kollha qed jintlaqgħu biss online permezz ta' eForm sal-1 ta' Marzu 2022 f'nofsinhar.

Għal iktar informazzjoni u għajnuna, wieħed jista' jibgħat email fuq innovationschemes@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda għat-tieni sena skema għall-organizzazzjonijiet volontarji biex jinkisbu fondi għat-twettiq ta' proġetti innovattivi b'aspett xjentifku fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda għat-tieni sena skema għall-organizzazzjonijiet volontarji biex jinkisbu fondi għat-twettiq ta' proġetti innovattivi b'aspett xjentifku fil-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow