Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari

pr220143
Date Icon 01/02/2022

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura t-tnedija ta' Kampanja Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta' Persuni B'Mard Rari fil-Parlament ta' Malta, liema kampanja hi ntiża sabiex dawn il-persuni u l-familjarji tagħhom ifittxu l-għajnuna kemm mill-awtoritajiet għas-saħħa pubblika kif ukoll mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta' Persuni b'Mard Rari.

Fid-diskors li għamel, l-Ispeaker qal li l-qasam mediku jikklassifika madwar 8,000 kundizzjoni bħala mard rari. Hu qal li huwa stmat li madwar 30 miljun persuna fl-Ewropa huma milquta minn mard rari filwaqt li fil-gżejjer Maltin hu stmat li madwar 30,000 persuna jistgħu jkunu milquta minn mard rari, liema mard jista' jitqies bħala mard kroniku, progressiv li jwassal għal diżabilità fiżika u anke mwiet f'età żgħira ħafna.

L-Ispeaker faħħar il-ħidma tal-Alleanza Nazzjonali għal Mard Rari – Malta, tal-awtoritajiet għas-saħħa pubblika, kif ukoll tat-tobba u l-istudjużi fil-qasam tar-riċerka medika u xjentifika bl-għan li jikber l-għarfien dwar dan il-mard – ħidma li twassal għall-kura tal-morda f'Malta u f'pajjiżi oħra. 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia temm id-diskors billi qal li din il-ħidma għandha tgħin biex tittaffa t-tbatija tal-morda u l-familjari tagħhom u għaldaqstant meta nkunu qed inwettqu ħidma ta' fejda bħal din, inkunu qed inwettqu att ta' imħabba lejn ħutna l-bnedmin.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-MP Rosianne Cutajar, l-MP Steve Spiteri, il-President tal-Alleanza Michelle Muscat, u l-Virologu Dr Chris Barbara.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija ta’ Kampanja mill-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport ta’ Persuni b’Mard Rari
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow