Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjana tirringrazzja lil Malta għall-appoġġ tagħha lin-Nazzjonijiet Uniti biex tgħin lil-Libjani jgħixu f’Libja magħquda, sovrana u prospera.

pr220138
Date Icon 31/01/2022

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjana Najla Mangoush esprimiet is-sodisfazzjon tagħha lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo dwar l-offerta ta' Malta biex tappoġġja l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti biex tgħin lil-Libjani jgħixu f'Libja magħquda, sovrana u prospera. Il-Ministru Mangoush irringrazzjat lill-Gvern Malti għall-appoġġ għall-isforzi tan-Nazzjonijiet Magħquda biex jippromwovu djalogu inklussiv fost il-Libjani biex jimmobilizzaw appoġġ reġjonali u internazzjonali biex ifittxu bażi komuni għall-ġid komuni tal-poplu Libjan kollu.

Aktar kmieni l-Ministru Bartolo kien wassal l-appoġġ ta' Malta lin-NU biex tfittex il-ġid komuni tal-poplu Libjan waqt konversazzjoni bit-telefon ma' Stephanie Williams, Konsulent Speċjali dwar il-Libja tas-Segretarju Ġenerali tan-NU.

Wara d-diskussjoni mal-Ministru Bartolo, is-Sinjura Williams 'laqgħet l-appoġġ bla waqfien tal-Istat ta' Malta għall-ħidma tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja u l-ħtieġa li l-elezzjonijiet jerġgħu lura fit-triq stabbilita tagħhom.' Is-Sinjura Williams qalet li l-Ministru Bartolo u hija nfisha saħqu fuq il-ħtieġa li jiġu intensifikati u kkoordinati l-isforzi fil-livelli reġjonali u internazzjonali b'appoġġ għall-poplu Libjan.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjana tirringrazzja lil Malta għall-appoġġ tagħha lin-Nazzjonijiet Uniti biex tgħin lil-Libjani jgħixu f’Libja magħquda, sovrana u prospera.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow