Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT: Imniedi fond ta’ €150,000 għall-kofinanzjament tal-għaqdiet volontarji għas-sena 2022

pr220133
Date Icon 30/01/2022

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat nieda l-Iskema Fond ta’ Ko-Finanzjament tal-Għaqdiet Volontarji għas-sena 2022.

Dan il-fond għandu l-għan li jappoġġja l-obbligi ta’ ko-finanzjament tal-għaqdiet volontarji li jibbenefikaw minn finanzjament minn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, għotjiet taż-ŻEE, għotjiet tan-Norveġja (EEA Norwegian Fund), ftehimiet bilaterali (inkluż il-Programm ta’ Ko-operazzjoni Żvizzeru Malti), u l-Kunsill tal-Ewropa. 

Il-fondi ta’ ko-finanzjament huma maħsuba biex jikkumplimentaw u mhux jissostitwixxu l-attivitajiet eżistenti appoġġjati minn finanzjament tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-fond, li jammonta għal €150,000, għandu l-għan aħħari li jassisti lill-għaqdiet volontarji sabiex ikunu f’pożizzjoni finanzjarja li jakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea għall-proġetti tagħhom. Filwaqt li bħala Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jassisti lis-settur permezz ta’ fondi lokali, hu importanti li jinkoraġġixxi u jassisti, anke b’mod ta’ ko-finanzjament, lilll-għaqdiet sabiex jibbenefikaw bl-aħjar mod minn fondi mill-Unjoni Ewropea. Dan il-fond jibqa’ disponibbli sakemm jinħlew il-fondi kollha. 

B’hekk, kemm bħala settur kif ukoll bħala pajjiż, ikun qed isir l-aħjar użu mill-fondi allokati għal Malta b’risq il-komunitajiet tagħna.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli spjegat kif il-gvern se jkompli jara li l-għaqdiet volontarji jingħataw l-għajnuniet kollha possibbli biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi li jgħinuhom biex ikompli f’ħidmiethom. Spjegat li bħala l-pedament tas-soċjetà Maltija, hu importanti li l-gvern jinvesti fl-għaqdiet volontarji ħalli dawn ikomplu jagħmlu tant ġid. 

Aktar dettalji dwar din l-iskema u kif organizzazzjonijiet volontarji jistgħu jibbenefikaw minnha jistgħu jinkisbu minn https://vofunding.org.mt/funds/9.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow