Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jifraħ lill-President Taljan Sergio Mattarella

pr220132
Date Icon 30/01/2022

Il-President George Vella jifraħ mill-qalb lill-President Sergio Mattarella, wara li reġa’ ġie elett u kkonferma r-rieda tiegħu li jkompli jaqdi lill-Italja bħala President tar-Repubblika Taljana.

Filwaqt li jawgura lill-President Mattarella kull suċċess fil-qadi ta’ dmirijietu, il-President ta' Malta jfakkar il-kwalitajiet eċċellenti u l-valuri sodi li ddistingwew il-mandat tal-President Mattarella f’dawn l-aħħar snin. Din il-konferma, żied jgħid il-President Vella, tkompli tikkonferma s-sens ta’ dmir u ta’ responsabbiltà li kkaratterizza lill-President Mattarella tul il-karriera politika kollha tiegħu.

Il-President George Vella jinsab ħerqan biex jilqa’ lill-President Sergio Mattarella f’Malta għal-Laqgħa ‘Arraiolos’ tal-kapijiet tal-istat tal-UE f’Ottubru ta’ din is-sena.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jifraħ lill-President Taljan Sergio Mattarella
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow