Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-Ministru Ian Borg jinawgura spazju miftuħ ieħor f’Ħaż-Żebbuġ

pr220131
Date Icon 29/01/2022

B'investiment ta' madwar €250,000 u b'xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-komunità Żebbuġija se tkun qed tgawdi minn spazju miftuħ ieħor li jinsab fi Triq il-Mitħna f'Ħaż-Żebbuġ. Dawn ġie inawgurat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f'din l-istess triq.

Il-Ministru Ian Borg ta bidu għad-diskors tiegħu billi semma kif proġetti komunitarji bħal dawn huma tal-istess importanza daqs l-investimenti kbar li qed jitwettqu madwar pajjiżna. Huwa faħħar id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għall-ħidma li qed twettaq madwar pajjiżna bi proġetti li ivarjaw minn dawk nazzjonali bħall-Malta National Park sa proġetti komunitarji bħal dawn li permezz tagħhom il-komunitajiet qed jibbenefikaw minn kwalità tal-ħajja aħjar.

“Permezz ta' dawn il-proġetti qegħdin naraw li nsebbħu l-lokalitajiet tagħna, noffru spazji fejn il-ġenituri flimkien ma' uliedhom jistgħu iqattgħu l-ħin liberu tagħhom pero aktar importanti minn hekk qed inserrħu moħħ il-ġenituri li uliedhom qed jilgħabu fi spazji li huma mgħammra bl-aqwa sigurtà. Dan l-ispazju kien tħalla fi stat mitluq u b'diversi problemi. B'hekk ħassejna l-ħtieġa li nintervjenu. Dħalna għall-isfida, sibna soluzzjoni, ħdimna u llum qegħdin hawn ninawguraw spazju miftuħ ieħor ta' kwalità għolja. Kommessi li nżommu l-impenn tagħna sabiex nassiguraw li l-komunitajiet kollha tagħna jibbenefikaw minn spazji u ambjent li tassew jixraqilhom."

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq bosta xogħlijiet f'dan l-ispazju miftuħ fosthom żieda ta' żoni ta' rikreazzjoni bil-għan li jintlaħqu etajiet differenti, xogħlijiet infrastrutturali u ta' livellar, sistema ta' immaniġġjar tal-ilma tax-xita, tħawwil ta' siġar, installazzjoni ta' dwal, għadd ta' bankijiet ġodda u żona għall-parkeġġ tar-roti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-Ministru Ian Borg jinawgura spazju miftuħ ieħor f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-Ministru Ian Borg jinawgura spazju miftuħ ieħor f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-Ministru Ian Borg jinawgura spazju miftuħ ieħor f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-Ministru Ian Borg jinawgura spazju miftuħ ieħor f’Ħaż-Żebbuġ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow