Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Riġenerazzjoni ta’ spazju abbandunat f’Ħal Safi li se jassigura aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi

pr220128
Date Icon 29/01/2022

B'investiment ta' €200,000, żona abbandunata b'medda ta' madwar 1,165 metru kwadru se tkun riġenerata u mibdula fi spazju miftuħ li joffri aċċessibilità lill-persuni b'diżabilità, u jassigura effiċjenza fl-użu tar-riżorsi bħalma huma l-ilma u d-dawl.

L-iżvilupp ta' dan l-ispazju miftuħ se jkun qed jara li jiġi mibni ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita sabiex dan ma jintilifx u jintuża għat-tisqija tal-ġnien.

Se jkun qed isir investiment fis-sistema tad-dawl li se jassigura effiċjenza u titjib fis-servizz.

Dan il-proġett għall-komunità tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mad-Direttur Ġenerali ta' Parks Malta Adrian Attard fil-preżenza tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi.

Fost l-għanijiet ta' dan il-proġett hemm dak li joffri spazju miftuħ fil-komunità ta' Ħal Safi, biex ir-residenti ta' dan ir-raħal ikollhom post għar-rikreazzjoni. Parks Malta qed tassigura żona ta' picnic kif ukoll  dog park, fejn se jkun hemm apparat apposta sabiex il-klieb ikunu jistgħu jiġu mħarrġa f'żona sigura.

“Minn żmien għall-ieħor qed inħabbru diversi proġetti ta' spazji miftuħa, filwaqt li dejjem  inżommu f'moħħna l-element sostenibbli fejn il-ġnien jitħaddem b'sistemi effiċjenti u fejn jipprovdi aċċessibilità għal kulħadd. Għalhekk flimkien ma Parks Malta kommessi li nkomplu nagħtu aktar spazji miftuħa liċ-ċittadini tagħna", qalet il-Ministru Dalli.

L-investiment se jkopri wkoll it-tneħħija ta' speċi invażivi u t-tħawwil ta' pjanti u siġar indiġeni.

“Parks Malta impenjati nkomplu naħdmu ma' aktar kunsilli lokali biex inkomplu nipprovdu spazji miftuħa fil-komunità. Għalhekk issa nħarsu 'l quddiem biex fi ftit żmien ieħor il-pubbliku jkun jista' jgawdi dawn il-ġonna", qal is-Sur Adrian Attard.

Preżenti għat-tnedija ta' dan il-proġett kien hemm id-Direttur Ġenerali  ta' Parks Malta Adrian Attard u rappreżentati mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi.

Ir-riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien se tkun qed titlesta fix-xhur li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Riġenerazzjoni ta’ spazju abbandunat f’Ħal Safi li se jassigura aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Riġenerazzjoni ta’ spazju abbandunat f’Ħal Safi li se jassigura aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow