Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AĠENZIJA GĦAR-REĠISTRU TAL-ARTIJIET

pr220124
Date Icon 28/01/2022

Il-Perit Michelle Piccinino nħatret kap eżekuttiv ġdid tar-Reġistru tal-Artijiet u se tkun qed tmexxi din l-awtorità wara l-kap eżekuttiv uxxenti, Charles Attard.

Il-Perit Michelle Piccinino gradwat bħala perit u inġinier ċivili mill-Università ta' Malta f'Ġunju tal-1995. Minn dakinhar, kienet fdata f'diversi karigi għolja fis-settur pubbliku. Hija bdiet il-karriera tagħha fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u kompliet fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li hija r-regolatur ewlieni tal-ambjent. Minn Marzu 2020, bdiet tokkupa l-kariga ta' kap eżekuttiv tal-ERA.

Filwaqt li rringrazzja lis-Sur Charles Attard tas-servizz dedikat lejn ir-Reġistru tal-Artijiet, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat ta merħba lill-Perit Michelle Piccinino u qal li hemm riforma estensiva ppjanata għal dan il-qasam.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat awgura lill-ħaddiema tar-Reġistru tal-Artijiet u tenna l-irwol importanti li jokkupaw fil-qasam tal-art u l-proprjetà fil-gżejjer Maltin.

STQARRIJA MILL-AĠENZIJA GĦAR-REĠISTRU TAL-ARTIJIET
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow