Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tifkira tal-Olokawst fil-Parlament ta’ Malta

pr220118
Date Icon 27/01/2022

Illejla, l-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa Tifkira tal-Olokawst (Holocaust Remembrance Day) fil-Parlament ta' Malta.

L-Ispeaker fakkar li f'dan il-jum il-komunità internazzjonali tieqaf u tirrifletti dwar il-ġrajjiet li ħallew lil tant Lhud vittmi ta' ġenoċidju mwettaq mill-Ġermanja Nażista u dawk kollha li appoġġjawha tul it-Tieni Gwerra Dinija.  L-Ispeaker tkellem dwar il-fatt li għalkemm il-mibegħda tnissel aġir estrem, l-istorja turi li anke f'dawk il-mumenti ta' dlamijiet, insibu tant oħrajn li bi mħabba lejn il-proxxmu, u kienu lesti jgħaddu minn tbatijiet sabiex jgħinnu u jsalvaw lil sħabhom waqt l-Olokawst. Dawn in-nies twajba jitqiesu bħala l-Ġentili Ġusti (Righteous Gentiles). L-Ispeaker semma lil  San Massimiljanu Kolbe, Pollakk u patri Franġiskan li ta ħajtu fil-Kamp tal-Konċentrament ta' Auschwitz biex raġel, li kellu familja, jgħix. Hu kien jemmen li l-ikbar velenu ta' żmienna hi l-indifferenza, u għalhekk huwa l-irwol tal-politiku li jħares id-drittijiet ta' kulħadd u saħaq li aħna lkoll għandna naqdu d-dmir tagħna lejn iċ-ċittadin u b'impenn nieħdu ħsieb lill-batut, lill-vulnerabbli u lil dawk li jaqgħu lura jew jispiċċaw f'faqar soċjali.

Fid-diskors tiegħu l-Ispeaker fakkar li l-politiku llum jeħtieġ jagħraf ir-realtà ta' madwaru u jintervjeni biex il-periklu ta' fehmiet estremisti u ta' qawwiet imdallma jitbegħdu u ma jitħallewx jiksbu għeruq fis-soċjetà u madwar id-dinja. Dan possibbli biss billi lkoll nisħqu fuq-l-edukazzjoni, fejn minn età żgħira, inrawmu valuri għonja ta' tjubija, ta' solidarjetà, paċi, u sliem fost il-bnedmin

Matul din it-Tifkira, saru diskorsi minn Evarist Bartolo, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Carmelo Mifsud Bonnici M.P., Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u Rabbi Chiam Segal u s-Sinjura M. Segal, rappreżentanti tal-Komunità Lhudija f'Malta. Lejn tmiem din it-Tifkira ġiet inawgurata wirja dwar l-Olokawst, imtella' mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej b'kollaborazzjoni ma' Yad Vashem, iċ-Ċentru Internazzjonali dwar l-Olokawst, f'Ġerusalem, Iżrael. Il-pubbliku hu mistieden iżur din il-wirja fil-bini tal-Parlament ta' Malta sal-Ħamis, 10 ta' Frar 2022 bejn id-09.00 ta' filgħodu u l-05.00 ta' waranofsinhar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tifkira tal-Olokawst fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tifkira tal-Olokawst fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tifkira tal-Olokawst fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tifkira tal-Olokawst fil-Parlament ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow