Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna

pr220116
Date Icon 27/01/2022

“Nawgura lil Malta talli mill-bidu nett kontu mexxejja fil-programm ta' vaċċinazzjoni", qalet il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou fi tmiem iż-żjara tagħha f'pajjiżna, fejn irringrazzjat lil Malta għall-kooperazzjoni eċċellenti matul il-pandemija.

Il-Kummissarju Kyriakidou aċċennat għal diversi drabi l-istorja ta' suċċess ta' kif pajjiżna tmexxa tul il-pandemija, speċjalment wara ż-żjara li għamlet fiċ-ċentru ta' vaċċinazzjoni fl-Università ta' Malta fejn tkellmet ma' diversi tfal u adulti li kienu preżenti sabiex jirċievu l-vaċċin.

Qalet ukoll li Malta hija eżempju ta' kif l-Unjoni Ewropea tista' tgħin liċ-ċittadini Ewropej jaċċessaw il-mediċini neċessarji, u tkellmet dwar il-pass li jmiss tal-joint procurement mechanism – li jinxtraw il-mediċini li qed ikunu żviluppati għall-pazjenti li jsofru sintomi ħarxa tal-COVID-19. Hija rringrazzjat ukoll lil Malta għall-appoġġ għall-proposti Ewropej għas-saħħa li wasslu biex twaqqfet l- Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) – awtorità Ewropea li se tgħin lill-Unjoni Ewropea tkun ippreparata iżjed għal kriżijiet tas-saħħa simili għall-COVID-19 li jistgħu jinqalgħu fil-futur.

Il-Kummissarju Ewropew żaret ukoll is-Sir Anthony Mamo Oncology Centre, fejn tkellmet ma' diversi ħaddiema u rat il-livell għoli ta' kura li jingħataw il-pazjenti f'dan iċ-ċentru. Hija faħħret u rringrazzjat lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa kollha għall-ħidma sfiqa tagħhom.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar kif sa issa, 98% tal-popolazzjoni Maltija tlaqqmet b'żewġ dożi filwaqt li 76% tal-adulti rċevew il-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Huwa spjega li din ir-rata għolja wasslet biex pajjiżna beda jirrilaxxa iżjed miżuri restrittivi.

Huwa rringrazzja lill-Kummissarju għall-isforzi tagħha li wasslu sabiex il-pajjiżi Ewropej kollha kellhom aċċess għall-vaċċin fl-istess jum, u saħaq li huwa important li l-Istati Membri juru solidarjetà ma' pajjiżi terzi u jagħtu donazzjonijiet tal-vaċċini, kif qed tagħmel Malta.

Chris Fearne tkellem ukoll dwar l-appoġġ li wriet l-Unjoni Ewropea lil pajjiżna u Stati Membri żgħar oħra, li jaċċessaw il-mediċini mir-Renju Unit, wara Brexit, u appella għal soluzzjoni fit-tul sabiex kull ċittadin Ewropew ikun assigurat aċċess għall-mediċini f'kull ħin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakidou bi kliem ta’ tifħir għal Malta waqt żjara f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow