STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f’din id-dimensjoni demokratika u b’għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem
Dalgħodu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia indirizza lid-delegati Ewropej li qed jattendu konferenza organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Birgu bit-tema “Il-Futur tal-Unjoni Ewropea u ż-Żgħażagħ."
L-Ispeaker fakkar li l-Ewropa qed tiddedika s-sena 2022, liż-Żgħażagħ Ewropej; Ewropa li qed tħares lejn iż-żgħażagħ tagħha biex juru l-fehmiet tagħhom dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Proġett Ewropew, dwar l-istituzzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm huma effettivi u effiċjenti.
Fid-diskors tiegħu spjega kif l-Unjoni Ewropea tal-lum, żviluppat minn għadd ta' komunitajiet li ġabru flimkien pajjiżi li għaddew minn esperjenzi koroh ta' gwerrer, tiġrib, tifrik u mwiet, li ftehmu sabiex jaħdmu flimkien, ikkoperaw u għenu lil xulxin għal ġid tal-popli tagħhom, anzi, tal-poplu Ewropew. Huwa fakkar ukoll dwar kif fil-passat tkellmu u għadhom qed jitkellmu dwar interessi komuni u kif jistgħu jtejbu l-għixien tal-popli Ewropej. Fakkar ukoll kif minn 6 pajjiżi, illum ninsabu 27 pajjiż, u hemm diversi oħra li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea filwaqt li rrifera għal Brexitli wriet li mhux kollox kien miexi kif kien mixtieq. Hu staqsa, x'inhuma d-diffikultajiet u l-isfidi li għandha l-Ewropa llum, u kif ser nilqgħu għal dawn l-isfidi kbar u żgħar, u kif ser indawruhom flimkien f'opportunitajiet ġodda ta' żvilupp uman u soċjali ta' ġid kemm għalina Ewropej u tant popli oħra?
“Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f'din id-dimensjoni demokratika u b'għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem",temm id-diskors tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Other Press Releases:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en