Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Sorting line ġdida fil-WasteServ se tkun qed tipproċessa madwar 8,000 tunnellata ta' ħġieġ fis-sena

pr220111
Date Icon 27/01/2022

Sorting line ġdida li twaqqfet ġewwa l-faċilità tal-WasteServ f'Marsaskala biex tagħżel il-ħġieġ se tkun qed tirkupra madwar 45 miljun flixkun tal-ħġieġ fis-sena.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li qal li din il-linja ġdida se tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ ta' Malta u se tkun qed tgħin biex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ.

Il-Ministru Farrugia spjega li l-maġġoranza tat-tagħmir użat għal din il-linja l-ġdida kien se jgħaddi għad-dekummissjonar. Madankollu, it-tim tal-manutenzjoni fi ħdan WasteServ irnexxielu b'suċċess idawwar dan it-tagħmir f'linja ġdida.

Minbarra li se tirriżulta f'materjal ta' kwalità aħjar, din il-linja l-ġdida se tkun qed ittejjeb ukoll l-effiċjenza operattiva. Il-proċess li kien jintuża qabel kien jinvolvi l-użu ta' għodda biex jintgħażel il-ħġieġ, madankollu b'din il-linja ġdida, il-ħġieġ se jkun qed jiġi ttrasferit fuq 'conveyor belt' biex jiġi magħżul manwalment billi jitneħħew kwalunkwe kontaminanti bħal għotjien u tappijiet tal-metall.

Din il-linja se tkun ukoll qed tagħti l-flessibilità biex jiġi sseparat il-ħġieġ abjad min dak tal-kulur biex b'hekk jiżdied b'mod sostanzjali l-potenzjal tal-użu mill-ġdid u l-valur tal-prodotti riċiklati.

Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Farrugia kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta' WasteServ Richard Bilocca li qal li dan l-investiment kien possibbli wara l-kampanja li saret is-sena li għaddiet biex il-ħġieġ jasal nadif. Fil-fatt, 99% tal-ħġieġ li qed jasal issa huwa ħġieġ nadif.

Is-Sur Bilocca ħabbar ukoll li se titnieda kampanja ta' informazzjoni fuq skala kbira fuq il-borża l-griża/il-ħadra fiż-żmien li ġej.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Sorting line ġdida fil-WasteServ se tkun qed tipproċessa madwar 8,000 tunnellata ta' ħġieġ fis-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Sorting line ġdida fil-WasteServ se tkun qed tipproċessa madwar 8,000 tunnellata ta' ħġieġ fis-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Sorting line ġdida fil-WasteServ se tkun qed tipproċessa madwar 8,000 tunnellata ta' ħġieġ fis-sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow