Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI, MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

pr220109
Date Icon 27/01/2022

Imniedi l-proġett ‘Coastal-COVER’

Strateġija dwar il-protezzjoni tal-kosta tal-gżejjer Maltin

Waqt konferenza li saret fejn ġew diskussi pjanijiet prospettivi rigward il-kunċett tal-erożjoni f’pajjiżna, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Permanenti Joseph Caruana nedew il-proġett bl-isem Coastal-COVER, proġett strateġiku li se jitmexxa b’mod konġunt mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Il-proġett mistenni jindirizza strateġija effettiva dwar il-protezzjoni tal-kosta ta’ pajjiżna. 

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħadem fuq approċċ aktar strateġiku għal din il-problema nazzjonali. Dan beda billi ħares lejn kwistjonijiet lokalizzati b’mod aktar ħolistiku u permezz tax-xjenza indirizza l-problemi fejn imbagħad saret valutazzjoni tar-riskju. Wara snin ta’ riċerka, evalwazzjoni preliminari tar-riskji preżenti, u ppjanar ta’ viżjoni strateġika, id-dipartiment ħejja proposta għall-formulazzjoni ta’ Strateġija ta’ Protezzjoni Kostali għall-Gżejjer Maltin.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal li, “Se naraw ukoll armonizzazzjoni f’diversi ministeri fi ħdan il-gvern biex inkunu nistgħu nimplimentaw soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tal-kosta għall-Gżejjer Maltin billi nistabbilixxu qafas strateġiku konsistenti u ħolistiku fil-livell nazzjonali. Dan għandu jkun pass ieħor biex ikun hemm strateġija għall-ħarsien tal-kosta għall-Gżejjer Maltin li tkompli tgħolli l-prodott turistiku ta’ Malta għar-realtajiet ta’ għada”.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz ta’ dan il-proġett se nwittu t-triq lejn it-twaqqif ta’ strateġija li għandha l-għan li tassigura prattiki li huma ekonomikament u ambjentalment sostenibbli biex tiżgura l-immaniġġjar tal-protezzjoni tal-kosta, filwaqt li nikkunsidraw l-isfidi kollha relatati mat-tibdil fil-klima. 

Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet nazzjonali oħra, u b’investiment totali ta’ €600,000 ko-finanzjati minn fondi Ewropej dan il-proġett se jiżgura li l-kosta tagħna tkun salvagwardjata biex illum inkunu nistgħu ngawduha aħjar u b’mod aktar responsabbli, u biex tiżdied il-probabbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna li jagħmlu l-istess. Flimkien ma’ proġetti oħra, il-gvern qed jinvesti biex jiżgura kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini tiegħu billi jiggarantixxi livell għoli ta’ għajxien f’kull aspett.

Is-Segretarju Permanenti Joseph Caruana saħaq dwar l-importanza ta’ dan il-proġett li l-għan aħħari tiegħu hu li nipproteġu l-kosta ta’ pajjiżna. “Il-proġett huwa dwar il-protezzjoni tal-kosta u l-idea warajh hi li l-ewwel nifhmu l-problemi u r-riskji billi nħarsu lejn il-‘Coastal and Climate Overall Vulnerability and Exposure Risks’ – u għalhekk semmejna l-proġett Coastal-COVER – u mbagħad niżviluppaw strateġija ta’ protezzjoni biex nissalvagwardjaw il-wellbeing tagħna kontra dawn ir-riskji. L-erożjoni kostali toħloq problemi ta’ riskju għas-sigurtà pubblika, minħabba l-fatt li jista’ jkollok blat li jaqa’ f’xi żoni kostali li l-aktar iżuruhom in-nies. Dan kien ilu jiġi indirizzat għal diversi deċennji mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Għal dan il-għan inħossu li din hija prijorità nazzjonali u b’hekk rajna li ninvolvu l-aqwa esperti f’dan il-qasam sabiex niżviluppaw strateġija li tindirizza b’mod effettiv dawn il-problemi”, stqarr is-Segretarju Permanenti Joseph Caruana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI, MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI, MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI, MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow