Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: 3 kunsilli lokali jibbenefikaw minn €355,000 sabiex jinħolqu spazji miftuħa

pr220107
Date Icon 26/01/2022

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar li l-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun, ta’ Tas-Sliema u tal-Mellieħa qed jibbenefikaw minn fondi ta’ €355,000 permezz tal-iskema ta’ finanzjament li nħarġet mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, għall-kreazzjoni ta’ spazji miftuħa fiċ-ċentru tal-ibliet u tal-irħula.

Il-Ministru Herrera sostna li huwa verament importanti li fil-lokalitajiet tagħna jinħolqu aktar spazji miftuħa li jwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Din hija parti mill-viżjoni tal-ministeru li l-kunsilli lokali jkomplu jesploraw il-possibbiltà li joħolqu spazji miftuħa f’żoni pedonali fil-lokalitajiet tagħhom.

Huwa sostna li permezz ta’ dawn l-iskemi qed ikomplu jinvestu fil-kwalità tal-arja, tas-saħħa u tal-benesseri tar-residenti fil-komunitajiet tagħna. Dawn l-ispazji miftuħa ser ikomplu jinkoraġġixxu lir-residenti joħorġu minn djarhom, ikunu attivi filwaqt li jissoċjalizzaw aktar f’ambjent urban, sigur u aċċessibbli.    

“Din l-iskema qed tikkumplimenta skemi oħra li diġà ħriġna fosthom tal-playing fields u tal-islow streets, bl-għan li jkun hemm aktar opportunitajiet fejn residenti minn lokalijiet differenti jkollhom aktar spazji fejn jirrikrejaw ruħhom, jissoċjalizzaw u jieħdu ħsieb il-benesseri tagħhom,” tenna l-Ministru Herrera.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li dawn il-proġetti ser jikkonsistu f’tisbiħ ta’ żona fil-Ħamrun fejn ser jitħawlu pjanti u siġar filwaqt li se jiġu installati bankijiet, fanali u kameras tas-sigurtà. Fil-Mellieħa ser isir ristrutturar ta’ taraġ pubbliku fejn ser jiġu installati bankijiet u dwal u jitħawlu pjanti, filwaqt li f’Tas-Sliema ser tinħoloq żona pedonali għal ċerti ħinijiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: 3 kunsilli lokali jibbenefikaw minn €355,000 sabiex jinħolqu spazji miftuħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: 3 kunsilli lokali jibbenefikaw minn €355,000 sabiex jinħolqu spazji miftuħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow