Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst

pr220106
Date Icon 26/01/2022

Matul it-tifkira tal-Olokawst fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President George Vella qal li waħda mir-raġunijiet għalfejn għandu jitfakkar l-Olokawst hija biex noqogħdu attenti mill-użu possibbli tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-lum b’tali mod li ma jwassalx għal firxa aktar mgħaġġla u wiesgħa ta’ diskors ta’ mibegħda, diskriminazzjoni razzjali jew teoriji ta’ superjorità razzjali.

Spjega li t-tieni raġuni għalfejn jitfakkar l-Olokawst hija miġbura fil-frażi ‘Never Again’ (Qatt Aktar). “Wieħed għandu jistaqsi jekk aħna ngħidux dan bħala dikjarazzjoni ta’ fatt, jew sempliċi dikjarazzjoni ta’ x’inhu l-ideal”, qal il-President Vella. Il-fatti storiċi u politiċi madwar id-dinja, sal-lum, juru mod ieħor.

Il-President Vella saħaq dwar l-importanza li nagħmlu l-almu tagħna billi nibdew nimponu kontrolli l-aktar stretti fir-rigward tal-industrija u l-provvista tal-armi u l-munizzjon. Qal li dan iservi bħala l-ewwel pass biex jitnaqqsu t-tbatija u l-umiljazzjoni ta’ bnedmin ħutna hekk kif “miljuni ta’ persuni madwar id-dinja għadhom qegħdin jiġu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi tal-bniedem li d-dinja diġà rat biżżejjed minn dan.” 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li għandna nitgħallmu mill-ħażen li ġara, m’għandniex nobogħdu lil xulxin, m'għandniex inkunu krudili ma’ xulxin bħal dak li ġara fl-Olokawst. Stqarr li, “huwa importanti li tittratta lil kulħadd bħala bnedmin ugwali u nippruvaw nifhmu speċjalment lil dawk li huma differenti minna u saħansitra lil dawk li ma nafdawx.”

Matul it-tifkira, is-Sur Daniel Pariente wassal messaġġ f’isem il-komunità Lhudija f’Malta u r-Rabbi Chabad qal talba ad unur u b’tifkira tal-memorja tal-vittmi tal-Olokawst. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Vella jippresiedi t-tifkira tal-Olokawst
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow