Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies

pr220103
Date Icon 26/01/2022

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ħabbar kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies li permezz tagħha se jitwaqqaf programm ta’ ċentru ta’ eċċellenza bil-għan li jkun sostnut tkabbir fil-qasam ta’ video gaming, digital media u setturi teknoloġiċi immersivi. 

Din il-kollaborazzjoni se twassal biex jiskatta programm ħolistiku ta’ ċertifikazzjoni u taħriġ ta’ Unity kemm fost edukaturi u studenti. L-għan hu li jinħoloq network ta’ edukaturi ċċertifikati minn Unity mal-MCAST u mal-Università ta’ Malta u ċ-ċertifikazzjoni ta’ Unity għal madwar 400 student. Unity huma l-pjattaforma ewlenija għall-ħolqien u għat-tħaddim ta’ kontenut 3D interattiv f’ħin reali. 

Il-Ministru Schembri qal li kieku ma kienx għal dan l-investiment ta’ €500,000, l-istudenti parteċipi f’dan il-programm kien ikollhom joħorġu eluf ta’ ewro minn buthom biex igawdu minn akkreditazzjoni ta’ dan it-tip. Il-ministru żied jgħid li dan il-programm ħa jiftaħ il-bibien beraħ għall-istudenti parteċipi.

“Din is-sħubija ma’ Unity hija parti mill-istrateġija tal-gvern li ssegwi t-tnedija tal-inkubatur Basecamp sabiex ikun assigurat li b’mod tanġibbli s-sostenn u t-tkabbir tal-iżvilupp tal-videogames u s-setturi tat-teknoloġija immersivi li joffru karrieri ta’ kwalità għolja. Irridu nibqgħu minn ta’ quddiem nett fid-dawl li teknoloġija immersiva bħal AR u VR qed tiżviluppa u tiddiversifika b’mod mgħaġġel tant li qed tkompli tittrasforma s-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi l-logħob, id-divertiment, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-bejgħ, il-manifattura u iktar. Il-ħidma ma’ waħda mill-akbar u mill-aktar muturi innovattivi għall-iżvillupp tal-logħob fl-industrija tal-gaming se tiżgura li qed inwittu b’mod tajjeb opportunitajiet sabiex insostnu t-talent tagħna kemm f’pajjiżna stess kif ukoll nassiguraw li l-ekosistema ta’ pajjiżna tkun mobilizzata biżżejjed li toffri t-talent meħtieġ imfittex mill-industriji”, qal il-Ministru Schembri. 

L-għan ta’ Unity hu li joffri taħlita kemm ta’ tagħlim fi klassi u tagħlim ta’ kontenut prattiku li jippermettilhom biex jaħdmu flimkien, jitgħallmu, ikunu innovattivi, joħolqu u jippreżentaw l-ideat tagħhom sabiex ikunu indirizzati l-isfidi. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ Unity se tgħin lill-istudenti jispikkaw iżjed fit-talent tagħhom filwaqt li juru lil min iħaddimhom li għandhom il-ħiliet tekniċi u l-għarfien neċessarju fl-istess waqt li jispeċjalizzaw f’suġġetti varji kemm programming, design u arti. Dan eventwalment se jwassal biex Malta tkun ċentru ta’ talent għal dawn it-tipi ta’ setturi li jsostnu t-talent bil-ħiliet meħtieġa sabiex ikun aċċellerat it-tkabbir f’dawn is-setturi. 

“Unity tħares ’il quddiem għal din is-sħubija ma’ GamingMalta, partikolarment għax huma ambizzjużi kif ukoll uriet biċ-ċar li Malta hija dar ta’ eċċellenza f’dan is-settur tant li huwa evidenti li hija fost il-ġurisdizzjonijiet fil-qasam tal-gaming, l-iżjed avvanzata u rispettata fid-dinja b’esperjenza b’saħħitha fl-industrija. Huwa ta’ sodisfazzjon li nagħmlu parti minn dan il-proġett li se joħloq bidla pożittiva u li se jgħin lil developers ta’ talent f’Malta jibnu l-proġetti tagħhom li mbagħad jistgħu jitpoġġew fuq pjattaforma globali”, qal Luke Evans minn Unity. 

“Setturi li qed jikbru, bħall-iżvilupp tal-logħob tal-kompjuter u t-teknoloġiji immersivi, jeħtieġu doża qawwija ta’ żvilupp ta’ talent u din is-sħubija ma’ Unity se twaqqaf l-istadju biex tiżdied il-ġabra ta’ talent tagħna. Diġà qed nattiraw kumpaniji f’dawn is-setturi u rridu nkomplu nintensifikaw l-isforzi tagħna biex noħolqu opportunitajiet ta’ xogħol sostenibbli fis-settur lokali filwaqt li niżviluppaw professjonisti bil-ħiliet biex iħaddnu dawn l-opportunitajiet”, qal il-Kap tal-Operat tal-Fondazzjoni Gaming Malta, Ivan Filletti. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ €500,000 għal programm akkreditat b’rabta mal-gaming għall-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni GamingMalta u Unity Technologies
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow