Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jitħabbar il-qafas tar-rilassament tal-miżuri preventivi kontra l-COVID-19

pr220102
Date Icon 25/01/2022

Minn nhar it-Tnejn 7 ta' Frar 2022 se jitneħħa l-obbligu li jkun ippreżentat iċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex wieħed jaċċessa r-ristoranti, snack bars u każini. Dan filwaqt li mill-14 ta' Frar 2022 se jitneħħa l-użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex persuna tidħol f'barijiet, swali taċ-ċinema, teatri, gyms u ċentri tal-fitness, pools, spas u saunas.  

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt sessjoni parlamentari, fejn spjega li r-rilaxx ta' dawn il-miżuri huwa riżultat tar-rata tajba ta' teħid tal-booster. Fil-fatt huwa ħabbar li 75% tal-popolazzjoni adulta tlaqqmet bil-booster kontra l-COVID-19.

Chris Fearne spjega li dan huwa biss l-ewwel parti tal-“exit plan" tal-gvern u għalhekk għalissa l-avvenimenti organizzati se jibqgħu bilqiegħda u se jibqgħu bl-obbligu tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Id-Deputat Prim Ministru fisser kif sa issa, il-kwarantina ta' sebat ijiem għall-primary contacts, jiġifieri min kellu kuntatt ma' persuna pożittiva, wasslet sabiex kien evitat iżjed tixrid tal-COVID, tant illi mit-test li jsir fl-aħħar tal-kwarantina irriżulta li persuna minn kull sebgħa ħarġet pożittiva. Madanakollu, huwa stqarr li la jkomplu jonqsu l-każijiet fil-komunità, se jkun possibbli li l-kwarantina għall-primary contacts tinżel għal ħamest ijiem, u eventwalment titneħħa għal kollox.

Chris Fearne tenna illi l-booster qiegħed iħalli effett pożittiv fuq is-saħħa u s-soċjetà Maltija u għalhekk appella lil min għadu ma tlaqqamx sabiex jattendi wieħed mill-walk-in clinics tal-vaċċin jew japplika għal appuntament fuq vaccin.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow