Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 18-il entità jingħataw fondi għal proġetti relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

pr220099
Date Icon 25/01/2022

18-il entità, fosthom sitt kunsilli lokali u 12-il organizzazzjoni volontarja, ibbenefikaw minn skema ta' €100,000 f'fondi li permezz tagħhom se jimplimentaw proġetti u inizjattivi fl-ispirtu tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità bit-tema “Libertà li Tgħix".

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli spjegat li permezz ta' dawn il-proġetti b'ideat konkreti, din l-istrateġija se tieħu l-ħajja u tibda tiġi attwata.

Semmiet kif ftit tax-xhur ilu, permezz tal-Istrateġija Nazzjonali li se tmexxi lil pajjiżna għat-tmien snin li ġejjin, pajjiżna beda l-ħidma biex isir aktar inklużiv, fejn il-persuni b'diżabilità jingħataw id-dritt ta' aċċessibilità aħjar, id-dritt għad-divertiment u t-tgawdija tal-arti u l-kultura, u anke d-dritt għal trasport aċċessibbli.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li llum qegħdin naraw l-ewwel 18-il entità li ħadu rwol ta' mexxejja biex jimplimentaw proġetti tanġibbli għall-ġid tal-persuni b'diżabilità. Spjegat li bejniethom dawn l-entitajiet se jibbenefikaw minn fondi ta' €100,000.

Fost il-proġetti li bbenefikaw, il-ministru semmiet il-proġett tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem li se jibda proġett ambizzjuż fejn l-infrastruttura fil-futur tar-raħal tinbena kif suppost. Bil-fondi, il-kunsill lokali se jirranġa r-rampi kollha fir-raħal u jiksihom bit-tactile stud ħalli dawk b'viżta batuta jew neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jħossu dak li jkun ġej bil-bastun. Dan il-proġett se jkun mifrux ukoll fil-qalba tal-pjazez u fil-bandli.

Għal tfal b'vizta batuta jew neqsin mid-dawl, il-Kunsill taż-Żurrieq se jinvesti f'aktar kotba bil-braille, filwaqt li se jixtri anke siġġijiet tar-roti li jaħdmu bil-batterija u walking aids, ħalli persuni b'diżabilità fiż-Żurrieq ikunu jistgħu jissellfuhom u jgħixu ħajja aktar indipendenti.

Fir-Rabat, il-kunsill lokali se jagħti s-saħħa lill-persuni b'diżabilità permezz ta' vjaġġ u esebizzjoni ħajja u tanġibbli ta' nies b'diżabilità, filwaqt li fl-Imqabba l-kunsill lokali se jinvesti fl-aqwa teknoloġija biex ikun hemm bandla aċċessibbli.

Flimkien ma' Aġenzija Żgħażagħ, il-Kunsill tal-Gżira se jaħdem mal-NGO ta' persuni neqsin mid-dawl Non-Visual Network lejn għarfien imsejjes fuq bijoteknoloġiji naturali li ma fihomx GMOs u dwar kif lukandi, negozji, ċittadini u studenti jistgħu jnaqqsu t-tniġġis.

Minn dawn il-fondi se tibbenefika wkoll Birdlife Malta, li se tara li l-passaġġi fin-natura ta' siti mmexxija minnha jkunu aċċessibbli u persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jħossu tabelli apposta biex ikollhom esperjenza kompluta.

Proġett ieħor hu dak ta' Caritas Malta dwar l-epilessija, li flimkien ma' trade unions ewlenin bħall-General Workers Union, l-UĦM Voice of the Workers u l-Malta Employers Association se jagħmlu kampanja kontra l-istigma u għarfien dwar is-suġġett fuq il-postijiet tax-xogħol.

Flimkien ma' dawn, ibbenefika wkoll proġett tal-Malta Trust Foundation fejn permezz tal-mużika se tiġi offruta triq edukattiva li ssaħħaħ l-abilitajiet differenti ta' tfal u żgħażagħ permezz tal-proġett ta' Villa Bianca.

Barra minn dawn il-proġetti, ibbenefikaw ukoll proġetti oħrajn li qegħdin isiru minn għaqdiet non-governattivi fl-isport, għaqdiet tal-baned, u oħrajn.

Il-finalisti li ħadu l-fondi f'dan il-proġett huma l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun; il-Malta Wheelchair Basketball Association; BirdLife Malta; il-Grupp Flimkien Naslu; il-Balzan Football Club; il-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem; il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq; il-Kunsill Lokali tar-Rabat; il-Kunsill Lokali tal-Imqabba; il-Kunsill Lokali tal-Gżira; il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan; JCI Malta; The Malta Trust Foundation; l-Aġenzija TAMA; il-Fondazzjoni Paulus; il-Caritas Malta Epilepsy Association; il-YMCA Malta; u s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 18-il entità jingħataw fondi għal proġetti relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 18-il entità jingħataw fondi għal proġetti relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT 18-il entità jingħataw fondi għal proġetti relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow