Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Dalli tħabbar investiment ta’ €2 miljun minn kumpanija lokali

pr220097
Date Icon 25/01/2022

Kumpanija lokali qed tinvesti mas-€2 miljun f'espansjoni ta' madwar 1,120 m² fil-binja tagħha fl-Imrieħel, waqt li tat bidu għal servizz ta' laundry 24/7 li jopera b'mod digitali.

L-investiment li qed tagħmel Portughes Dry Cleaning Ltd se jgħin lill-kumpanija timraħ fi swieq internazzjonali.

Dan ħabbritu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt żjara fil-kumpanija, mmexxija miċ-Chairperson Eżekuttiv Ian Attard Portughes u l-Kap Eżekuttiv Mario Duca.

Il-kumpanija bdiet topera lura fl-1915, bi storja twila ta' suċċess fejn dejjem għarfet taħtaf l-opportunitajiet ġodda biex għaddiet minn espansjoni għal-oħra. B'dan l-investiment il-kumpanija mhux biss qed tkompli tassigura l-impjieg għall-ħaddiema tagħha, iżda qed tkompli ssaħħaħ postha fl-ekonomija Maltija.

L-investiment qed jissarraf f'espansjoni tal-faċilitajiet eżistenti fl-Imrieħel biex tissodisfa d-domanda li qed tesperjenza. L-investiment kien possibbli għall-iskemi varji li toffri l-Malta Enterprise.

“Il-kumpanija Portughes hija eżempju ieħor ta' reżiljenza u l-bżulija tal-Maltin, fejn fi żmien ta' pandemija raw li jinvestu kemm fl-infrastruttura u anke fl-impjegati. L-investiment wassal biex il-kumpanija ddiversifikat u ħolqot proġett ġdid u uniku f'Malta u qed isservi bħala test base, biex b'hekk tkun tista' tesporta lejn is-swieq internazzjonali," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-kunċett ġdid ta' Laundry Concepts Ltd huwa l-ewwel servizz tax-xorti tiegħu f'Malta. Klijent jista' jiddepożita l-ħwejjeġ tiegħu għas-servizz ta' dry cleaning, b' mod awtomatiku u bl-istess mod jerġa jiġbor dak li jkun iddepożita grazzi għal mobile app. Din id-diversifikazzjoni wasslet biex din il-kumpanija tuża lil Malta bħala testbase biex tesporta dan il-kunċett. Biex toffri dan is-servizz, Portughes Laundry and Dry Cleaning għaqqdet flimkien il-kunċett teknoloġiku mal-makkinarju f' soluzzjoni li ħolqu huma stess.

F'kummenti, Ian Attard Portughes qal: “Il-pandemija ġabet diversi sfidi magħha, iżda bl-għajnuna li ngħatajna mingħand il-Malta Enterprise bqajna għaddejjin bl-operat tagħna biex b'hekk anke stajna nagħmlu dan l-investiment ta' espansjoni u kif ukoll diversifikazzjoni ta' niċċa ġdida li finalment irridu nibdew nesportaw."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Dalli tħabbar investiment ta’ €2 miljun minn kumpanija lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Dalli tħabbar investiment ta’ €2 miljun minn kumpanija lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Il-Ministru Dalli tħabbar investiment ta’ €2 miljun minn kumpanija lokali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow