Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Iktar tkabbir u titjib fl-immaniġġjar tal-iskart: uffiċini ġodda fil-Kumpless ECOHIVE

pr220091
Date Icon 24/01/2022

WasteServ se tkompli tikkonsolida l-operat tagħha biex tkompli ttejjeb l-istandards ambjentali.

Fil-fatt, ġew inawgurati uffiċċji ġodda fil-Kumpless ECOHIVE fil-Magħtab. Dawn l-uffiċċji se jilqgħu dipartimenti importanti fosthom Proġetti, Relazzjonijiet Pubbliċi, Saħħa u Sigurtà kif ukoll Compliance and Management Systems.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia spjega li s-sena li għaddiet il-WasteServ qabżet ir-rekord proġettat fejn kważi 19,000 tunellata ta' materjal riċiklabbli ta' kwalità tajba ġew riċiklati u rritornati fl-ekonomija. 

WasteServ kontinwament qed tattira talent ġdid biex tkompli twessa' l-kapaċitajiet operattivi tagħha. 

Fil-fatt, WasteServ bħalissa għandha firxa wiesgħa ta' professjonisti li jkopru bosta oqsma speċjalizzati. Huwa permezz tax-xogħol siewi ta' dawn il-ħaddiema li qed jinkisbu dawn ir-riżultati.

Il-Ministru Farrugia faħħar ix-xogħol li qed isir mill-WasteServ hekk kif qed iwasslu lill-pajjiż lejn ekonomija ċirkolari li tippermetti li l-iskart jinbidel f'riżorsa biex b'hekk ma nibqgħux dipendenti fuq il-miżbliet. Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Farrugia kellu l-opportunità li jiltaqa' wkoll mal-impjegati tal-WasteServ.

Il-Kap Eżekuttiv ta' WasteServ Richard Bilocca qal li qed iħares 'il quddiem biex WasteServ tkompli tibni fuq is-suċċess li kisbet is-sena l-oħra. Is-Sur Bilocca faħħar ukoll ix-xogħol tal-impjegati hekk kif ħafna mix-xogħol fuq dawn l-uffiċini l-ġodda twettaq mit-team tal-manutenzjoni tal-WasteServ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Iktar tkabbir u titjib fl-immaniġġjar tal-iskart: uffiċini ġodda fil-Kumpless ECOHIVE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Iktar tkabbir u titjib fl-immaniġġjar tal-iskart: uffiċini ġodda fil-Kumpless ECOHIVE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Iktar tkabbir u titjib fl-immaniġġjar tal-iskart: uffiċini ġodda fil-Kumpless ECOHIVE
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow