Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT: Inizjattiva ġdida biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn pajjiżi Għarab u dawk tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità

pr220090
Date Icon 24/01/2022

Biex  tinsisti  għal aktar inklużjoni ekonomika u soċjali ta’ persuni b’diżabilità, il-Kummissjoni Ekonomika u Soċjali tal-Ġnus Magħquda għall-Asja tal-Punent tal-Ġnus Magħquda (ESCWA), f’koperazzjoni mal-Ministeru  għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat (MIWV) tar-Repubblika ta’ Malta u r-Rapporteur Speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, ħabbru l-firma ta’ ittra ta’ qbil fir-rigward tal-‘Forum ta’ Kooperazzjoni UE-Dinja Għarbija dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità’.

Il-forum ser irawwem sforzi kollaborattivi fl-Unjoni Ewropea u fir-reġjun Għarbi għall-iskambju ta’ politika, il-koperazzjoni teknika, il-bini ta’ kapaċità u r-riċerka, sabiex jiġu rispettati aktar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

Matul ċerimonja virtwali, is-Segretarju Eżekuttiv tal-ESCWA Rola Dashti enfasizzat l-impenn tal-ESCWA li tinkludi persuni b’diżabilità fl-isforzi kollha għall-iżvilupp u li tippromwovi l-Istrateġija tal-Ġnus Magħquda għall-Inklużjoni u d-Diżabilità (UNDIS). “L-istrateġija hija l-pedament għal progress sostenibbli u trasformattiv fir-rigward tal-inklużjoni tad-diżabilità fil-pilastri kollha tal-ħidma tal-Ġnus Magħquda: il-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp,” żiedet tgħid.       

In-Netwerk ta’ Riċerka Dinja Għarbija-UE dwar id-Diżabilità se jkun l-ewwel inizjattiva tal-forum u se jappoġġa r-riċerka, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-kurrikulu bħala xprun għal bidla.

“Huwa definittivament unur li nara t-tnedija tan-Netwerk ta’ Riċerka dwar id-Diżabilità. F’April tal-2019, Malta għal darb’oħra wriet ruħha bħala xprun għad-djalogu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija billi laqqgħet flimkien partijiet interessati ewlenin biex jiddiskutu u jaqblu li jaħdmu flimkien fuq għan komuni - id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità,” qalet il-Ministru Julia Farrugia Portelli. “Permezz ta’ dan in-netwerk ta’ riċerka, qed nistabbilixxu inizjattiva prattika biex niżguraw li l-aħjar imħuħ fir-reġjun ikunu jistgħu jaħdmu flimkien u joħorġu b’soluzzjonijiet dejjiema li jkunu ta’ benefiċċju għall-ħajja tal-persuni b’diżabilità u għall-familji tagħhom”.

Ir-Rapporteur Speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Gerard Quinn enfasizza l-irwol tal-forum fl-influwenzar tal-politika fl-Ewropa, fir-reġjun Għarbi u lil hinn minnu, filwaqt li enfasizza wkoll il-ħtieġa għal riċerka biex tinforma u tmexxi l-bidla b’reazzjoni għall-isfidi globali.

In-Netwerk ta’ Riċerka Dinja Għarbija-UE li għadu kif ġie stabbilit se jagħmel sejħa għal dokumenti ta’ riċerka dwar id-Dritt għal Ħajja Indipendenti fi ħdan il-Komunità, kif stipulat taħt Artikolu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Ir-riċerka magħżula se tiġi ppreżentata f’simpożju skedat għat-tieni nofs tal-2022.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT: Inizjattiva ġdida biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn pajjiżi Għarab u dawk tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA U L-VOLONTARJAT: Inizjattiva ġdida biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn pajjiżi Għarab u dawk tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow