Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: L-aġenzija SEM tkompli tassisti iktar lokalitajiet

pr220086
Date Icon 24/01/2022

Permezz ta’ assistenza mogħtija mill-aġenzija SEM, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar kiseb fondi ta’ finanzjament b’valur totali ta’ ftit iktar minn €13,000 mill-programm LEADER tal-Unjoni Ewropea. B’dawn il-fondi se jsiru xogħlijiet ta’ restawr fuq żewġ niċeċ bl-istatwi ta’ San Ġużepp u tar-Redentur fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. 

Il-proġett ġie ppreżentat lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela u lill-Kap Eżekuttiv ta’ SEM Mandy Falzon, mis-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech u mill-Perit Ray Sammut. 

Il-kunsill lokali daħal għal dan il-proġett bil-għan li jippreserva dawn iż-żewġ siti li huma parti mill-patrimonju tal-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar, waqt li jippromwovihom bħala attrazzjonijiet kulturali u turistiċi. L-interventi ta’ restawr fuq dawn iż-żewġ niċeċ kienu jinkludu t-tindif tal-istatwi tan-niċeċ b’metodi moderni, it-trattament tal-ġebla tal-franka, it-tneħħija tal-imluħa tal-ġebla, it-tiswija tal-ġebel tan-niċeċ, it-tneħħija tal-ħsara kkaġunata mill-graffiti u mill-vandaliżmu u l-bdil tal-ħġieġ tan-niċeċ li jipproteġi l-istatwi.

Il-Ministru Carmelo Abela faħħar l-isforz li numru ta’ kunsilli lokali qed jagħmlu sabiex jakkwistaw fondi addizzjonali, anke permezz tal-aġenzija SEM, li tassisti fejn ikun hemm bżonn, għal għanijiet bħal dawn. Il-ministru tkellem dwar kemm hu importanti li l-fondi tal-UE jaslu fil-lokalitajiet tagħna. Huwa qal li, “Minkejja li Malta akkwistat, għal dawn is-seba’ snin li ninsabu fihom, l-akbar pakkett ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE, is-sodisfazzjon tagħna jkun li niġu f’postijiet bħal dawn, li għandhom storja fil-lokalità, u naraw il-proġett komplut, u li permezz ta’ hekk, l-Unjoni Ewropea qed tasal fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna”.

Il-Ministru Carmelo Abela kkonkluda li, permezz tal-aġenzija SEM, il-fondi Ewropej qed jersqu iktar lejn il-lokalitajiet tagħna, bil-għan li ntejbu l-kwalitajiet tal-ħajja tar-residenti kif ukoll nieħdu ħsieb l-ambjent li ngħixu fih, u l-kultura u l-istorja li pajjiżna mogħni bihom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SEM, Mandy Falzon, qalet li SEM hija l-aġenzija li toffri assistenza bla ħlas lil organizzazzjonijiet f’Malta u f’Għawdex biex japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti tagħhom. L-aġenzija SEM tagħmilha aktar faċli dak li ħafna drabi ma jkunx faċli għall-organizzazzjonijiet minħabba r-riżorsi limitati li jkollhom. Mis-sena l-oħra, SEM nediet ukoll servizz ġdid biex saħansitra tgħin organizzazzjonijiet fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-proġetti miksuba b’fondi tal-Unjoni Ewropea. 

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: L-aġenzija SEM tkompli tassisti iktar lokalitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: L-aġenzija SEM tkompli tassisti iktar lokalitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow