Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Riġenerata l-playing field f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan, b’investiment ta’ €35,000

pr220083
Date Icon 22/01/2022

Playing field f'Ta' Ġiorni f'San Ġiljan, li kienet fi stat perikoluż u għalhekk ma baqgħetx titgawda għal skop ta' rikreazzjoni, ġiet riġenerata u msebbħa b'investiment ta' aktar minn €35,000. SportMalta għenet f'dan il-proġett finanzjarjament u ħarġet madwar €25,000 tal-ispejjeż involuti.

“Dan il-proġett sar fl-isfond li pajjiżna bħalissa għaddej b'diversi proġetti biex isebbaħ u joħloq spazji fil-miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familja Maltija, u wkoll fl-isfond li rridu aktar spazji għall-attività fiżika biex nikkumbattu r-rata għolja ta' obeżità fit-tfal tagħna," irrimarka l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima.

Dan l-ispazju li jservi għal rikreazzjoni tal-familja spiċċa fi stat li kien ta' periklu għal min kien jattendi fih, u għalhekk bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u bl-għajnuna finanzjarja minn SportMalta, l-ispazju ngħata dehra ġdida u friska biex issa jista' jerġa' jitgawda mill-ġdid u bla periklu għal dawk li jużawh.

Apparti r-rinovar tal-ispazju kollu, l-investiment jinkludi t-tisbiħ tal-post, kif ukoll l-installar ta' apparat ġdid tal-playing field, fosthom apparat tal-attività fiżika.

Il-Ministru Grima rringrazzja lil dawk kollha involuti fix-xogħol u lil SportMalta, li daħlet għal dan il-proġett b'risq il-komunità ta' San Ġiljan. Saħaq li b'dan l-investiment bosta familji se jgawdu minn dan l-ispazju miftuħ li kien mitluq u fi stat ta' periklu. Huwa fakkar li SportMalta għaddejja bl-assessjar ta' siti differenti madwar Malta u Għawdex sabiex jiġu trasformati biex iservu ta' rikreazzjoni għall-familja kollha. Il-Ministru Grima stqarr li b'ħidma kollettiva jista' jsir xogħol li minnu tgawdi l-komunità kollha.

Is-Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttigieg irringrazzja lill-Ministru Grima u lil Sport Malta għal dan ix-xogħol li sar u għall-finanzjament ta' dan il-proġett, filwaqt li saħaq li jħares 'il quddiem għal aktar ħidma konġunta. Huwa qal li issa din il-lokalità għandha spazju ieħor miftuħ li minnu se jgawdu għexieren ta' tfal u żgħażagħ, għaliex minn post abbandunat li ħadd ma kien jersaq lejh, Ta' Ġiorni llum għandu żona mill-isbaħ li fiha jista' jsir ukoll l-eżerċizzju fiżiku.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil, filwaqt li spjega x-xogħol li sar, qal li dan il-proġett jinkwadra tajjeb ferm mal-ħidma li għaddejja biex din l-entità tikkollabora ma' entitajiet oħrajn kif ukoll mal-kunsilli lokali għal proġetti fi spazji li minnhom igawdu l-familji Maltin u Għawdxin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Riġenerata l-playing field f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan, b’investiment ta’ €35,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Riġenerata l-playing field f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan, b’investiment ta’ €35,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Riġenerata l-playing field f’Ta’ Ġiorni, San Ġiljan, b’investiment ta’ €35,000
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow