Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta għall-ħames snin li ġejjin

pr220082
Date Icon 21/01/2022

Wara konsultazzjoni mal-entitajiet esperti fil-qasam, kif ukoll mal-industrija u l-akkademja, il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici spjega li matul dawn l-aħħar sentejn, il-ministeru flimkien ma’ grupp ta’ esperti u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija ħadmu bi ħġarhom sabiex jiżviluppaw din l-istrateġija li issa qed jippreżentaw lill-pubbliku għall-konsultazzjoni.

Il-Ministru Bonnici qal li, “Malta hija ħerqana li tipparteċipa fis-settur spazjali, mhux biss minħabba l-kapaċità li għandu das-settur biex irressaq in-nies lejn ix-xenzji, iżda anke għaliex ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur spazjali tgħin biex intejbu aktar il-kwalità tal-għajxien tagħna. Eżempju ta’ soluzzjonijiet li jiddependu minn teknoloġiji spazjali li nużaw ta’ kuljum f’ħajjitna jinkludu t-tbassir tat-temp u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni biex insibu l-aħjar rotta biex naslu għad-destinazzjoni tagħna”.

“Sabiex naħsdu l-aħjar benefiċċji soċjo-ekonomiċi minn din l-industrija li kontinwament tikber u tinbidel b’pass mgħaġġel, ħassejna l-ħtieġa li niżviluppaw strateġija li se tkun qed tkompri l-ħames snin li ġejjin”, kompla l-ministru.

Din l-istrateġija se tinbena fuq ħames pilastri ewlenin li huma:

1. Investiment Dirett Barrani u Attrazzjoni tan-Negozju Spazjali

2. Innovazzjoni Spazjali

3. Żvilupp tal-Kapital Uman

4. Konformità Regolatorja Internazzjonali

5. Teknoloġija Emerġenti

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Dr Jeffery Pullicino Orlando tkellem dwar l-importanza tar-relazzjoni li rnexxielu jibni l-kunsill matul dawn l-aħħar disa’ snin mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). 

Dr Pullicino Orlando qal li l-Kunsill se jibqa’ impenjat li jsaħħaħ ir-relazzjoni ma’ din l-aġenzija, u “b’hekk se nkomplu nippromwovu lil Malta fuq livell internazzjonali, waqt li ntejbu l-viżibilità tas-settur”.

Il-konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-4 ta’ Marzu. Id-dokument jista’ jinstab fil-link: https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MRIC/Pages/Consultations/MaltaNationalSpaceStrategy.aspx.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta għall-ħames snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta għall-ħames snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta għall-ħames snin li ġejjin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow