Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Jibda l-bini tal-pixxina ta’ Bormla, parti minn proġett b’investiment ta’ €14-il miljun

pr220078
Date Icon 20/01/2022

Wara xogħol estensiv fis-sit fejn qed tinbena l-ewwel pixxina indoor ta’ skala internazzjonali f’Bormla, issa l-proġett daħal sew fit-tielet u l-aħħar fażi tiegħu. L-iskavar huwa lest u bħalissa qed jinbnew il-pixxina u l-istands tal-ispettaturi, f’proġett b’investiment ta’ €14-il miljun.

“Dan huwa proġett ieħor li għaddej bħalissa u li juri l-impenn tal-gvern li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva f’pajjiżna. Wara li fil-jiem li għaddew tajna dettalji dwar l-investiment ta’ €3 miljun fl-istadium tal-atletika fil-Marsa biex ngħolluh għal livell internazzjonali, illum qed naraw proġett ieħor fuq skala internazzjonali u li minnu se jgawdi s-settur akkwatiku tal-isport f’pajjiżna,” stqarr il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima meta żar ix-xogħol li qed isir.

Il-proġetti kollha li għaddejjin f’dan is-settur jikkumplimentaw l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport, filwaqt li dan il-proġett tal-pixxina huwa wkoll imwiegħed fil-manifest elettorali.

It-tqattigħ tal-blat ħa ħames xhur, filwaqt li ġew ordnati wkoll l-istrutturi kollha li huma parti mill-pixxina, fosthom il-frame u s-saqaf tal-pixxina, is-sistema ta’ ventilazzjoni, kif ukoll il-ħitan tal-ħġieġ, li mistennija jaslu f’pajjiżna minn Marzu li ġej ’il quddiem. Din l-aħħar fażi tinkludi wkoll it-tlestija tal-bini tal-uffiċini, il-plant room, il-faċilitajiet tal-ikel, dressing rooms u showers.

Il-pixxina hija ta’ daqs olimpiku ta’ 5000 metru kwadru, b’saqaf tal-injam b’tul ta’ 44 metru, kif ukoll ħitan tal-ħġieġ li jkopru mal-44 metru kwadru kull naħa, u fond ta’ 2.2 metri, li jissodisfa r-rekwiżiti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Għawm. Il-pixxina se tkun mgħammra bl-aħjar teknoloġija, fosthom dik tal-bulkheads biex il-pixxina tkun maqsuma f’aktar minn faċilità waħda. L-art tal-pixxina se jkollha funzjoni li titla’ u tinżel biex il-coaches tal-għawm ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom fl-ilma stess.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar spjega x-xogħol kollu li sar marbut mal-bini ta’ din il-pixxina. Huwa qal li f’dan il-proġett kien imħares ukoll l-ambjent, għaliex il-materjal kollu mit-twaqqigħ tal-Boċċi Dromo kien riċiklat.

Is-Sur Cutajar qal li l-proġetti kollha li qed tieħu ħsieb SportMalta għandhom għan wieħed, dak li nagħtu l-aqwa faċilitajiet possibbli lill-atleti fid-diversi dixxiplini sportivi. Din il-pixxina ta’ livell internazzjonali, u li se tkun fost l-aqwa kumplessi li hawn fil-Mediterran, se tkompli tgħolli l-livell tal-isport akkwatiku f’Malta. Dawn il-proġetti qed ikomplu jgħollu l-livell tal-isport u jneħħu l-iżvantaġġi li sa issa kellu l-atleta f’pajjiżna meta mqabbel mal-faċilitajiet offruti f’pajjiżi madwarna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Jibda l-bini tal-pixxina ta’ Bormla, parti minn proġett b’investiment ta’ €14-il miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Jibda l-bini tal-pixxina ta’ Bormla, parti minn proġett b’investiment ta’ €14-il miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Jibda l-bini tal-pixxina ta’ Bormla, parti minn proġett b’investiment ta’ €14-il miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow